Clifford Galea | One News - Part 99

Clifford Galea

Notifiki

Jekk ma tgħaddix mingħajr ċikkulata, aqra dan

Tbati meta tigi biex tevita li tiekol cikkulata ghax fil-veru sens tal-kelma, ma tghaddix minghajrha?!

Prova kul ikliet li jissodisfaw. Jekk tiekol ikliet b’ħafna fibri u proteini biex tħossok aktar mimli għal aktar tul ta’ ħin, u jgħinek tnaqqas il-kilba tiegħek.
Evita li taqbeż l-ikliet. Tgħidx la ma qabdekx ġuħ, mela ha naqbiżha għax imbagħad tbati wara u tispiċċa tiekol iżjed.
Ixorb iżjed ilma jew almenu xorb tal-frott. Żid ikel b’ħafna magnesium/ jew prodotti li fihom il-ħadid fid-dieta tiegħek. Żid mixja u aljena rasek.

Jekk imbagħad ma tridx tixxennaq iżżejjed, ħu mqar ċangatura waħda ħalli ma tħallix ix-xewqa tirkbek.

Mhux faċli, imma hemm mod kif tasal. Wara kollox, fil-ħajja m’hawn xejn li tirbħu b’mod faċli.

Jekk imbagħad tħossha l-aħħar tad-dinja mingħajr ċikkulata sħiħa, kul almenu ċikkulata skura.

Il-MAM mhux konsistenti fl-argumenti tagħha

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) mhijiex konsistenti fl-argumenti tagħha, hekk kif wara xhur tisħaq li ma tridx lil Vitals Global Healthcare tmexxi tliet sptarijiet Maltin minħabba li skont huma m’għandhom l-ebda esperjenza medika, issa ma tridx li dawn l-isptarijiet ikunu taħt it-tmexxija ta’ Steward Healthcare, kumpanija Amerikana b’esperjenza twila fil-qasam tas-saħħa.

Il-MAM fil-fatt qed titlob li ma jseħħx it-trasferiment għal għand Steward u allura jibqgħu jmexxu l-VGH.

Aqra aktar

€150,000 minn Pink October

Mija u ħamsin elf ewro inġabru minn Pink October elfejn u sbatax organizzati minn Marigold Fondation.

Flus li se jibbenefikaw minnhom sebgħa għaqdiet mhux governattivi sabiex ikomplu jgħinu aktar pazjenti.

Il-fondi inġabru waqt diversi attivitajiet bil-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Bl-attivita ewlenija tkun “The Esplora Pink October Night Walk”, b’mijiet ta’ persuni attendew għal din il-miexja mill-Kalkara sa xatt ta’ Bormla.

Aqra aktar

Aktar postijiet storiċi rrestawrati f’Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana tħabbar proġett ta’ restawr ta’ żewġ siti storiċi fir-Rabat, Għawdex li huma l-Loġġja tal-Palju u wieħed mix-xelters li nsibu fiċ-Ċittadella.

Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex kompla jtejjeb ir-rabtiet b’saħħithom li għandu mal-organizzazzjoni mhux governattiva, Wirt Għawdex, billi ġie iffirmat ftheim ta’ restaw ta’ dawn iz-żewġ siti storiċi fil-qalba tal-belt Għawdxija. Dan l-investiment ta’ aktar minn EUR 50,000 ser jerġa jagħti l-glorja li dawn is-siti li kienu abbandunati għal diversi snin.

Aqra aktar

Miftuħa l-applikazzjonijiet għall-kuntistabbli tal-Pulizija

Il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħabbar li hemm vakanzi għall-kuntistabbli tal-pulizija fi hdan il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana sa nofsinhar ta’ nhar it-Tnejn 26 ta’ Frar 2018.

Miriam Dalli fi programm politiku fl-istati Uniti

Il-programm immirat għall-politiċi ewropej International Visitor Leadership Programme  li jiffoka fuq kwistjonijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi fl-Amerka iħares lejn diversi oqsma li taħdem fuqhom Miriam Dalli, li hija waħda mis-16-il parteċipant li qed isegwuh. Fih hemm ukoll Ministru u membru tas-Senat kif ukoll MP’s oħra.

Il-partecipanti jintażgħlu mill-ambaxxati tal-Istati Uniti sabiex jiltaqgħu u jiddiskutu ma’ politiċi oħra bħalhom.

Aqra aktar

Bil-filmat: Imut Tony Camilleri – il-Bayzo

Tħabbret il-mewt tal-kantant popolari u maħbub Malti Tony Camilleri magħruf aħjar bħala l-Bayzo.

Jibqa’ magħruf għal-leħen uniku li kellu u anke għal kanzunetti mill-isbaħ fosthom Qalu li raw.

Kien wieħed mill-kantanti tar-Rock Opera popolari Maltija: Ġensna u kien irrispettat għall-istil uniku tiegħu kif ukoll għall-umiltà li dejjem żamm.

Fis-snin sittin kien ukoll wieħed mill-kantanti ewlenin tal-grupp The Malta Bums.

Il-Bayzo miet fl-età ta’ 70 sena u kien minn San Pawl il-Baħar. Hu twieled fit-3 t’April tal-1947.

Żgur li din hija telfa għax-xena mużikali Maltija.

Din hija l-kanzunetta Inħobbok li kienet dwett bejn Mary Rose Mallia u l-Bayzo fl-1984 fir-Rock opera Ġensna.

Tbati minn ‘Instant gratification’?

‘Irrid xi ħaġa issa u mhux imbagħad, illum u mhux għada, ma rridx nistenna sakemm infaddal anke jekk immur minn taħt imma rridha issa!!!’…Din hija r-reazzjoni ta’ instant gratification; meta trid xi ħaġa hi x’inhi, jista’ jkun minn ikel sa oġġett materjali, sa anke sitwazzjoni emozzjonali mingħajr ma tirraġuna x’jistgħu jkunu l-konsegwenzi.

Din hija r-reazzjoni emozzjonali ta’ pjaċir u kuntentizza għat-twettiq ta’ xewqa jew għan personali fil-mument anke minħabba li tkun taf xi pjaċir fiha. Din taffettwa s-sitema soċjali tal-bniedem.
It-terminu ta’ gratifikazzjoni immedjata jintuża ta’ spiss biex jiddentifika s-sodisfazzjon miksub minn imġieba aktar impulsiva: meta wieħed jagħżel illum flok għada.

Il-ħila li tingħata preferenza lil għanijiet fuq medda twila ta’ żmien fuq dawk aktar immedjati hija magħrufa bħala gratifikazzjoni diferita jew paċenzja, u ġeneralment titqies bħala saħħa, li tipproduċi benefiċċji fuq medda twila ta’ żmien. Ovvjament għax jekk taħseb ftit, jekk inti kapaċi llum tonfoq €10 euro flok €20, jekk tonfoq l-€20 se tbati l-konsegwenzi. Imma mhux faċli li l-moħħ tal-bniedem jirraġuna hekk.

Sar esperiment minn Walter Mischel fejn uża marshmallow biex jittestja mudelli ta’ gratifikazzjoni minn tfal fl-età ta’ erba ‘snin, fejn offra marshmallow waħda u reġa’ offra oħra, wara ftit jiem. Induna li malli jduqu l-ħlewwa, t-tfal ikunu jridu iżjed mill-ewwel, ma jistennewx li l-ewwel jieklu jew jagħmlu xi ħaġa oħra qabel. Dan il-metodu beda jintuża bħala mezz kif wieħed jieħu xi ħaġa mingħand dak li jkun; toffri l-mument ħalli jtik li tixtieq, jista’ jkun anke flus (Dan l-argument ma jgħoddx speċifikament għat-tfal biss, iżda għall-bniedem ta’ kull età).

Tant hija xi ħaġa ta’ malajr, li l-kafe’ lest jissejjaħ instant coffee fejn dari, il-kafè kien jissajjar biss. Instant gratification tista’ wkoll tmur hazin ma’ min ikollu l-problema tad-droga; kollox issa mingħajr ħsieb għal għada. Tajjeb li wieħed ikun konxju minn dan l-istat.

 

It-tifla Niġerjana ma mititx b’nuqqas ta’ nutriment iżda minħabba kundizzjoni medika

Il-Ministru għall-familja, Michael Falzon żvela dettalji ġodda dwar il-mewt traġika tat-tifla Niġerjana ta’ seba’ snin li tilfet ħajjitha fit-tielet Ħadd ta’ Jannar.

Il-Ministru spjega li Victoria Aluko ma mititx b’nuqqas ta’ nutriment kif intqal fil-midja, iżda minħabba kundizzjoni medika li kienet tbati minnha.

Huwa qal li ċ-ċertikat tal-mewt li ngħata l-Ministeru mill-ġenituri taċ-ċkejkna, juri li t-tifla mietet fid-Dipartiment tal-Emerġenza u mhux fil-proprjetà provduta lill-familja tagħha mis-sorijiet tad-Dumnikani.

Il-Ministru rrimarka li dnn l-informazzjoni ma kinitx għand il-Ministeru meta ħarġet l-istqarrija dwar il-mewt tat-tifla.

Huwa qal ukoll li kontra dak spekulat fil-midja, mit-testijiet li saru liż-żewġt aħwa tat-tifla, irriżulta li kienu mitmugħa tajjeb.

 

Il-Ministru Falzon qal: ”Li għidt għidtu kollu b’rispett lejn l-investigazzjoni indipendenti  u lejn l-inkjesta Maġisterjali u fuq kollox b’rispett sħiħ lejn il-memorja ta’ Victoria Aluko. Nappella illi f’okkażjonijiet  bħal dawn nuru solidarjeta sinċiera u mux ninqdew b’okkażjoni  bħal din għal spekulazzjoni, sensazzjonaliżmu jew aġendi oħra.”

Send this to a friend