Clifford Galea | One News - Part 97

Clifford Galea

Notifiki

Ftehim storiku għall-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li ntlaħaq qbil bejn il-Gvern, il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-Union  Ħaddiema Maqgħudin – Voice of the Workers (UĦM) dwar il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali.

Dan il-ftehim huwa storiku għax wara sensiela ta’ taħdidiet, għall-ewwel darba qed tinħoloq career path ċara u distinta għall-professjonisti fi ħdan l-istess fondazzjoni, u qed jiġu rikonoxxuti l-ħiliet u l-esperjenza tagħhom permezz ta’ bosta inċentivi monetarji li, madankollu, huma responsabbli u raġunati.

Aqra aktar

Bil-Filmat: L-Air Malta b’rotta għal Tel Aviv ħames darbiet fil-ġimgħa fis-sajf

Il-Ministru għat-Turizmu Konrad Mizzi llum kellhu diversi laqgħat ġewwa Tel Aviv hekk kif l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu qieghda tipparteċipa għall-ewwel darba fil-fiera Internazzjonali IMTM li ssir kull sena f’Tel Aviv.

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li s-suq tal-Israel fil-qasam tat-turizmu huwa wieħed strateġiku għall-pajjiżna u l-Ministeru għat-Turiżmu iħoss li dan għandhu jikber fis-snin li ġejjn. Huwa għalhekk li s-sena d-dieħla il-Ministeru qiegħed jimmira li jżid b’mod konsidorevoli n-numru ta’ turisti li jiġu Malta mill-Israel. Din is-sena n-numru ta’ turisti mill-Israel laħaq in-numru ta’ 16,666. Dan ser isir ukoll permezz ta’ kampanja ta’ promozzjoni ġdida ġewwa l-Israel flimkien mal-Operaturi tal-ivjaġġar u permezz ta’ programmi apposta ta’ Jewish Heritage f’pajjizna.

Mill-aspett tal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta ser tkun qiegħda topera r-rotta ta’ Tel-Aviv ħames darbiet fil-ġimgħa fis-sajf u tlett darbiet fix-Xitwa minn Marzu li ġej. L-Air Malta qiegħda wkoll fil-proċess li jkollha sales distribution network ġewwa l-Israel permezz ta’ aġenti tal-bejgħ ġodda u permezz ta’ żieda fir-riklamar fis-suq tal-Israel.

 

Bil-filmat: Ħobbu lill-annimali – Degi’s Adventures Malta

Malta hawn numru ta’ santwarji fostom Noah’s Ark, Association for Abandoned Animals, Island Sanctuary u MSPCA. Duo żagħżugħ u kuġini Gareth u Kurt Degiorgio ddeċidew li jmorru mawra sa l-Association for Abandoned Animals fejn għamlu xogħol volontarjat.
Il-messaġġ ta’ dawn iz-żgħażagħ kien li n-nies għandhom jaħsbuha sew qabel ma jaddottaw pet għaliex ma jistgħux jibqaw jabbandunaw il-klieb mingħajr ħsieb ta xejn. dawn ukoll iħossu u jridu l-imħabba. Dawn l-annimali għandom ikunu mrobbija f’ambjent ta’ mħabba u bħala membri tal familja. Kif jgħidu blingliz ‘A Dog is for life and not just for Christmas’.
Id-Dogs Trust toffri sussidji fuq neutering and microchipping ħalli tgħin ftit biex itaffi mill-problema tal-ammont tal-annimali li m’għndhomx familja.

Tidħol fis-seħħ il-liġi li tagħti poter ġdid ta’ skrutinju lill-Parlament dwar ħatriet pubbliċi ewlenin

Illum daħal fis-seħħ Att numru II tal-2018 li bis-saħħa tiegħu l-Kamra tad-Deputati se jkollha poter ġdid li tagħmel skrutinju fuq ħatriet ta’ Chairpersons tal-awtoritajiet regolatorji ewlenin u Ambaxxaturi li ġejjin minn barra s-servizz pubbliku.

F’miżura b’saħħitha ta’ trasparenza u tisħiħ tal-amministrazzjoni tajba, din il-liġi se tara t-twaqqif ta’ Kumitat magħżul tal-Kamra tad-Deputati ġdid li se jkollu d-dritt li jagħmel domandi bil-miktub u, sussegwentement, anke verbali lil persuni li jiġu nominati minn Ministri biex iservu bħala Chairpersons ta’ awtoritajiet regolatorji jew Ambaxxaturi mhux tal-karriera. Dan il-Kumitat se jkollu wkoll id-dritt li jagħti parir lill-Ministru konċernat favur jew kontra l-persuna nominata biex tokkupa l-kariga proposta.

Aqra aktar

Is-56 sessjoni tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Soċjali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis ipparteċipa fis-56 sessjoni tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Soċjali fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ġewwa New York. It-tema ta’ din is-sessjoni kienet li jiġi assigurat li ħadd ma jitħalla barra, u s-sessjoni ffukat fost l-oħrajn fuq ix-xogħol, il-familja, il-faqar, l-anzjanità, l-inklużjoni soċjali, iż-żgħożija u d-diżabilità.

Aqra aktar

Minkejja l-ġimgħa, it-temp fil-Karnival se jippermetti

Madanakollu, minbarra l-ġimgħa, it-temp jidher li se jżomm għall-ġranet tal-karnival, hekk kif jidher li sistema ta’ pressjoni baxxa li se toriġina minn fuq l-Afrika ta’ fuq se tkun ferm viċin tal-gżejjer Maltin u mistennija ġġib ammont ta’ xita dakinhar.

Jidher iżda li l-ġranet l-oħra mistennija jkunu pjuttost aċċettabli għalkemm it-temperaturi se jkunu qed jilħqu viċin l-14C (l-ogħla) u madwar l-10C (l-inqas). Għalhekk jekk tilbsu sew, din is-sena se nkunu qed ingawdu l-karnival.

Dan huwa tbassir tat-temp fit-tul. tajjeb li wieħed iżomm f’moħħu li dan għandu jittieħed biss bħala indikazzjoni hekk kif huwa fatt magħruf li t-tbassir fit-tul huwa ferm inqas preċiż minn dak fil-viċin.

Żuru s-sit: http://www.firstmalta.com/

Malta Best Practice – Is-Segretarju Ġenerali tal-Unjins Ewropej

Malta għandha sservi ta’ mudell għal pajjiżi oħra għal mod kif kabbret l-ekonomija filwaqt li żiedet il-pagi u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Fi kliem Luca Visentini, Segretarju Ġenerali tal-European Trade Unions Confederations (ETUC), il-mudell li adottat Malta fl-aħħar ftit snin huwa “best practice”.

L-ETUC hija l-ikbar organizzazzjoni ta’ trejd unjins fl-Ewropa u tirrappreżenta mal-45 miljun ħaddiema minn 39 pajjiż. Fi ħdanha hemm 89 unjin nazzjonali li fl-aħħar ġimgħat ir-rappreżentanti tagħhom inġabru għal-laqgħat f ’pajjiżna biex jistħarrġu kif dak li sar f ’Malta jista’ jsir f ’pajjiżi oħra. “Huwa sinjal pożittiv li Malta tinsab fuq quddiem ta’ dan il-moviment biex ikun hem żidiet fil-pagi u li jikber is-sehem tal-pagi fl-ekonomija,” qal Vincenti meta kien mitlub jikkummenta mill-gazzetta KullĦadd wara waħda mis-sessjonijiet li saru f ’lukanda ewlenija fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.

Aqra aktar

Intervista ma’ Oliver Scicluna dwar l-EU disability card

Bil-għan li persuni b’diżabilità jivvjaġġaw b’mod iktar faċli bejn pajjiż u ieħor tal-Unjoni Ewropea, l-istess Unjoni ħolqot dik li qed tissejjaħ EU Disability Card. Dan fi proġett pilota li fuq quddiem nett tiegħu hemm Malta bis-sehem tas-CPRD. Il-gazzetta Kullħadd tkellmet maċ-Ċermen tas-CPRD, Oliver Scicluna, li spjega l-għan ta’ din il-kard u wieġeb mistoqsijiet pertinenti fosthom jekk kard bħal din hijiex se sservi biex tinħoloq iktar diskriminazzjoni. Għal din il-kard diġà applikaw iktar minn 3,000 persuna Maltija.

Aqra aktar

Tnejn mejta wara ħabta bejn żewġ ferroviji

Ferrovija Amtrak li kienet qed iġġorr 147 persuna ħabtet ma’ ferrovija oħra tal-merkanzija f’South Carolina, bl-uffiċjali jgħidu li mietu żewġ persuni.

Madwar 70 persuna sfaw feruti. Amtrak qalu li l-magna prinċipali tal-ferrovija tal-passiġġieri u diversi vaguni nqalgħu minn fuq il-binarji fil-ħabta viċin Columbia.

Il-ferrovija kienet qed topera bejn New York u Miami.

Erbat ijiem ilu, sewwieq ta’ trakk inqatel meta l-vettura tiegħu intlaqtet minn ferroviaj li kienet qed iġġorr diversi leġiżlaturi f’Virginia. Id-dipartiment lokali tax-sheriff ikkonferma l-fatalitajiet fil-ħabta ta’ South Carolina, li seħħet fis-sagħtejn u nofs u ħamsa ta’ filgħodu, fil-belt ta’ Cayce.

Send this to a friend