Clifford Galea | One News - Part 96

Clifford Galea

Notifiki

75 sena mit-twaqqif tal-GWU

Il-General Workers’ Union b’rabta mal-anniversarju ta’ ħamsa u sebgħin sena, qiegħda torganizza diversi attivitajiet. Dawn l-attivitajiet se jkunu qegħdin maqsuma fuq erba’ temi.

Fost dawn it-temi hemm it-tibdil intern f’din it-trade union u fi kliem is-Segretarju Generali tal-General Workers’ Union dan qiegħed issir biex ikun hemm moderninazzjoni minħabba li x-xogħolijiet illum il-ġurnata qegħdin jinbidlu.

Is-Sur Bugeja qal li t-tbiddil intern qiegħed issir bħalissa jinkludi d-dipartimenti, t-taqsima u billi qegħdin jintroduċu servizzi innovattivi malli ħaddiem jissieħeb f’din it-trade union.

Aqra aktar

Malta t-tieni l-aktar pajjiż sigur għan-nisa fid-dinja

Il-Global Wealth Migration Review for 2018 ppubblikat stħarrig li poġġa lil Malta fit-tieni post wara l-Awstralja bhala l-aktar pajjiż sigur għan-nisa.

Dan hu bbażat fuq kemm in-nisa kienu vittmi ta’ kirminalità matul is-sena li għaddiet; 2017.

L-għaxar pajjiżi li huma l-aktar siguri għan-nisa huma: l-Awstralja, Malta, Iceland, New Zealand, il-Kanada, il-Polonja, Monako, l-Iżrael, l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel.

€106,188 għal Disa’ proġetti ta’ NGOs biex jiġu kkonservati għasafar slavaġ

Il-Ministru José Herrera u s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qassmu għotjiet lil ħames NGOs għal proġetti li jippromwovu l-konservazzjoni tal-għasafar slavaġ. B’kollox ingħataw €106,188 lill- organizzazzjonijiet lokali volontarji FKNK, KSU, Birdlife Malta, Nature Trust Malta u l-club Falconry Fridericus Rex għal proġetti li jvarjaw minn kampanji edukattivi fuq il-konservazzjoni tal-ispeċi tat-tajr għall-installazzjoni ta’ bejtiet għall-għasafar, għal inizjattivi biex titqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà tal-kaċċa u l-immaniġġjar ta’ għasafar tal-priża u għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-ispeċi tal-Barbaġann.

Aqra aktar

L-MTA tferraħ ħames entitajiet lokali tal-karità

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal darb’oħra ġabret somma sabiħa sabiex tkun tista’ tipprovdi donazzjonijiet lil ħames organizazzjonijiet tal-karità lokali li kienu: Dar il-Kaptan, il-Fondazzjoni OASI, Pink October, Carer for Stray and Abandoned Felines (CSAF) u s-sala Fairyland fl-Isptar Mater Dei.

Il-fondi għal dan il-ġest inġabru mill-ħaddiema tal-MTA waqt attivitajiet varji li saru tul is-sena, bħal ‘dress down days’ u l-bejgħ ta’ insalati tal-frott, minbarra affarijiet oħra tal-ikel. Saret ukoll attività b’rabta ma’ Pink October, li magħtulha nġabru aktar donazzjonijiet. Dan minbarra lotteriji li permezz tagħhom komplew jiżdiedu l-fondi.

Aqra aktar

Malti fuq programm mużikali fuq BBC ONE

Norbert Bondin ġie magħżul biex jipparteċipa fil-programm il-ġdid All Together Now fuq BBC ONE, wara bosta preparamenti, auditions u intervisti li waħda mill-ġurija tiegħu hija Geri Halliwell tal-grupp Spice Girls.

Dan huwa Programm b’kunċett ġdid li qatt ma rajna bħalu s’issa peress li għandu mitt ġurija quddiem tevalwa lill-artist u dan irid jimpresjonahom.

F’kumment lil ONE News, Bondin qal: ”Kienet esperjenza ta’ eċitament kbir għalija pero jiena għamilt mill-aħjar biex nagħti interpretazioni mill-isbaħ. Kienet esperjenza fejn għamilt ħafna hbieb fix-xena tal-mużika. Apparti minn hekk, li tkun ġo studio tal-BBC u li taħdem mat-tim tagħhom għal ftit gimgħat hija xi ħaġa li ma ninsa qatt.”

Segwu l-prestazzjoni ta’ Norbert Bondin nhar is-Sibt li ġej 10 ta’ Frar fuq BBC ONE fit-20.15. Għal aktar tagħrif dwar il-kantant: https://www.facebook.com/NorbertBmusic/

Jiżdied l-iskart imma qed nirriċeklaw aktar

Statistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tikkonferma li l-kampanja favur l-irriċiklar qed tħalli l-frott.

Dan għall-fatt li fl-elfejn u sittax kien hemm żieda fil-ġbir tal-borża l-ħadra jew il-griża.

Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel il-ġbir tal-borża l-ħadra jew il-griża żdied bi kważi ħmistax fil-mija.

Dan filwaqt li l-ġbir tal-borża s-sewda naqas bi kważi sitta fil-mija.Matul is-sena li għaddiet l-iskart domestiku ġġenerat ammonta għal ftit aktar minn mitejn u tmenin elf tunnellata.

Dan ifisser meta mqabbel mal-elfejn u ħmistax kien hemm żieda ta’ ftit aktar minn tlettax-il elf tunnellata.

Aqra aktar

Ftehim storiku għall-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li ntlaħaq qbil bejn il-Gvern, il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-Union  Ħaddiema Maqgħudin – Voice of the Workers (UĦM) dwar il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali.

Dan il-ftehim huwa storiku għax wara sensiela ta’ taħdidiet, għall-ewwel darba qed tinħoloq career path ċara u distinta għall-professjonisti fi ħdan l-istess fondazzjoni, u qed jiġu rikonoxxuti l-ħiliet u l-esperjenza tagħhom permezz ta’ bosta inċentivi monetarji li, madankollu, huma responsabbli u raġunati.

Aqra aktar

Bil-Filmat: L-Air Malta b’rotta għal Tel Aviv ħames darbiet fil-ġimgħa fis-sajf

Il-Ministru għat-Turizmu Konrad Mizzi llum kellhu diversi laqgħat ġewwa Tel Aviv hekk kif l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu qieghda tipparteċipa għall-ewwel darba fil-fiera Internazzjonali IMTM li ssir kull sena f’Tel Aviv.

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li s-suq tal-Israel fil-qasam tat-turizmu huwa wieħed strateġiku għall-pajjiżna u l-Ministeru għat-Turiżmu iħoss li dan għandhu jikber fis-snin li ġejjn. Huwa għalhekk li s-sena d-dieħla il-Ministeru qiegħed jimmira li jżid b’mod konsidorevoli n-numru ta’ turisti li jiġu Malta mill-Israel. Din is-sena n-numru ta’ turisti mill-Israel laħaq in-numru ta’ 16,666. Dan ser isir ukoll permezz ta’ kampanja ta’ promozzjoni ġdida ġewwa l-Israel flimkien mal-Operaturi tal-ivjaġġar u permezz ta’ programmi apposta ta’ Jewish Heritage f’pajjizna.

Mill-aspett tal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta ser tkun qiegħda topera r-rotta ta’ Tel-Aviv ħames darbiet fil-ġimgħa fis-sajf u tlett darbiet fix-Xitwa minn Marzu li ġej. L-Air Malta qiegħda wkoll fil-proċess li jkollha sales distribution network ġewwa l-Israel permezz ta’ aġenti tal-bejgħ ġodda u permezz ta’ żieda fir-riklamar fis-suq tal-Israel.

 

Bil-filmat: Ħobbu lill-annimali – Degi’s Adventures Malta

Malta hawn numru ta’ santwarji fostom Noah’s Ark, Association for Abandoned Animals, Island Sanctuary u MSPCA. Duo żagħżugħ u kuġini Gareth u Kurt Degiorgio ddeċidew li jmorru mawra sa l-Association for Abandoned Animals fejn għamlu xogħol volontarjat.
Il-messaġġ ta’ dawn iz-żgħażagħ kien li n-nies għandhom jaħsbuha sew qabel ma jaddottaw pet għaliex ma jistgħux jibqaw jabbandunaw il-klieb mingħajr ħsieb ta xejn. dawn ukoll iħossu u jridu l-imħabba. Dawn l-annimali għandom ikunu mrobbija f’ambjent ta’ mħabba u bħala membri tal familja. Kif jgħidu blingliz ‘A Dog is for life and not just for Christmas’.
Id-Dogs Trust toffri sussidji fuq neutering and microchipping ħalli tgħin ftit biex itaffi mill-problema tal-ammont tal-annimali li m’għndhomx familja.

Send this to a friend