Clifford Galea | One News - Part 94

Clifford Galea

Notifiki

Malta fl-ewwel post fl-Ewropa għall-ammont ta’ xita li niżlet f’24 siegħa

Fil-jum tal-10 ta’ Frar, Malta telgħet fl-ewwel post għal aktar pajjiż Ewropew li fih niżlet xita f’ 24 siegħa.

Dan ixxandar mis-sit Spanjol Ogimet li jiġbor informazzjoni dwar it-temp mill-istazzjonijiet tat-temp madwar id-dinja kollha u joħroġ lista ta’ rekords kemm għat-temperaturi u kif ukoll għall-ammont ta’ xita li niżlet madwar id-dinja.

Malta kisret dan ir-rekord il-bieraħ għal ġurnata, hekk kif ġiet imkejla 116.2mm xita fuq Ħal Luqa.

Dan l-ammont ta’ 116.2mm xita li niżlet f’ġurnata, huwa kważi d-doppju tax-xita li s-soltu tinżel fi Frar kollu bħala medja.

Minn madwar id-dinja kollha, Malta irreġistrat fit-8 post. Dan dejjem fir-rigward tal-jum tal-10 ta’ Frar 2018. Dan tħabbar fuq is-sit First Malta https://www.facebook.com/firstmalta

Mistennija proġetti oħra bi flus l-IIP

Il-poplu Malti u Għawdxi se jibda jibbenefika mill-investiment dirett li qed jinġieb lejn Malta permezz tal-Iskema ta’ Ċittadinanza b’Investiment. Il-gazzetta KullĦadd hi mgħarrfa li l-għotja ta’ €950,000 mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NSDF), sabiex jiġi mmodernizzat l-apparat mediku taż-żewg swali tal-catheterisation fi ħdan id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei, hija biss il-bidu minn katina ta’ investimenti li se jkunu qed isiru f’pajjiżna.

Permezz ta’ dan l-investiment se jkun assigurat li ’l fuq minn 3,000 pazjent fis-sena ser jiġu kkurati b’mod aktar effettiv u effiċjenti minn qabel. Dan għaliex permezz tat-tiġdid tal-apparat ser jiġu introdotti interventi ġodda li jnaqqsu ż-żmien li pazjent ikollu jqatta’ l-isptar mingħajr kumplikazzjoni ta’ infezzjonijiet. Barra minn hekk, anqas pazjenti se jkollhom bżonn jiġu riferuti għal ċertu trattament barra mill-pajjiz billi issa se jkunu jistgħu jsiru interventi f’Malta stess.

Aqra aktar

”Dak li qed jgħidu aġenziji ta’ kreditu bħal Fitch huwa r-realtà tas-soċjetà tagħna” – JM

Waqt intervent telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat stqarr li dak li qed jgħidu Aġenziji ta’ kreditu Internazzjonali bħal m’huma Fitch Ratings, li għadhom kemm taw rating ieħor ta’ A+ lill-pajjiżna, jirrapreżentaw ir-realtà tas-soċjetà tagħna, ekonomija Maltija li qed tkompli tikber u li qed tagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies.

Dr Muscat għamel referenza għall-inawgurazzjoni tal-impjant Crane Currency fil-qasam Industrijali ta’ Ħal Far fejn stqarr li din l-inawgurazzjoni kienet ċelebrazzjoni tad-deċiżjonijiet li ħadna biex l-istess Crane Currency jibdew joperaw minn Malta. Il-Prim Ministru saħaq li meta kien attirat l-investiment ta’ Crane Currency l-ewwel darba, il-ħsieb kien li din il-kumpanija tasorbi l-ħaddiema ta’ De La Rue, li kienet se tnaqqas lin-nies. Illum iżda, De La Rue żidet lin-nies, fetħet Crane Currency u se jkun hemm aktar aħbarijiet sbieħ f’dan is-settur, qal Joseph Muscat. Il-Mexxej tal-Partit Laburista fakkar ukoll li biex ikun hemm ħaddiema biżżejjed fis-settur tal-istampar, l-MCAST fetħet korsijiet apposta.

Aqra aktar

Jintgħażel it-tim nazzjonali għall-kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran

Il-Malta Tenpin Bowling Association ħabbret l-għażla tat-Tim Nazzjonali għall-Kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran li jmiss. Il-kampjonati jsiru kull sena f’April u huma miftuħin għall-Pajjiżi Mediterranji kollha. Kull pajjiż se jibgħat tim ta’ 4 bowlers, żewg irġiel u żewġ nisa.

Il-proċess tal-għażla kien ibbażat fuq 24 logħba. Ir-rebbieħa huma Sue Abela, Sara Xuereb, Mauro Anastasi, Justin Caruana Scicluna.  L-erbgħa li huma għandhom esperjenza vasta f’dawn il kampjonati tal-Mediterran u huma lkoll rebbieħa ta’ diversi medalji fil-passat.  Fil-fatt, Sue Abela ikontestat rekord ta’ 20 edizzjoni u hija l-aktar bowler li qatt rebħet medalji f’dawn il-kampjonati.

It-tim Malti kien rebaħ 5 medalji fl-aħħar edizzjoni li saert ġewwa s-Slovenja, liema medalji poġġew lil Malta fil-quċċata tal-lista tal-medalji mirbuħa fl-edizzjonijiet kollha precedenti, b’rebħ ta’ 39 medalji tad-deheb f’għoxrin edizzjoni. Il-Greċja tinsab fit-tieni post segwita minn Franza u mill-Italja. It-team Malti qed jitħarreg bis-serjetà ħalli jiddefendu l-ewwel post tagħna.

L-edizzjoni tal-2018 ser issir fit-Turkija.

Jitnaddaf dak li jħalli warajh il-maltemp

Id-Divizjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni fl-aħħar sigħat komplew iwettqu tindif u anke bini ta’ ħitan tas-sejjiegħ mill-ġdid li twaqqa’ bil-maltemp.

Dan biex it-toroq tagħna jibqgħu fl-aħjar stat u jiġu evitati aċċidenti oħra.

Ara: Ir-Re tal-Karnival biċ-ċapċip fi triqtu lejn il-Ħamrun

Illum ir-Re tal-karnival se jallegra l-pubbliku fil-Ħamrun.

Dan il-filmat ittella’ waqt li r-Re kien fi triqtu u d-dilettanti esprimew il-ferħ tagħhom b’ċapċip.

L-attività tibda fid-9.30 fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

Fil-karru, tispikka l-qanpiena tat-Tieni Gwerra Dinjija fuq wara.

 

Bdew telgħin il-karrijiet mill-Marsa lejn il-Belt Valletta

Hekk kif sebaħ il-jum tal-Ħadd 11 ta’ Frar 2018, id-dilettanti sebħu ferħanin għaliex is-sema huwa miftuħ u dan ifisser li hemm jum ta’ divertiment jistenniehom.

Fil-fatt bdew telgħin il-karrijiet minn taħt it-tinda fil-Marsa lejn il-kapitali. Bosta huma dawk li jinvolvu ruħhom fil-karnival Malti li huwa wkoll avveniment li jiġbed tant ammiraturi kemm kbar u kemm żgħar, kif ukoll bosta turisti.

 

Malta fost il-11-il pajjiż tal-UE b’demokrazija sħiħa

Inqas minn nofs il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma “kompletament demokratiċi” skont l-indiċi 2017 tat-taqsima tal-Intelliġenza Ekonomista dwar l-istat tad-demokrazija madwar id-dinja.
Kull pajjiż huwa kklassifikat f’waħda minn erba’ tipi ta’ reġimi skond il-punteġġi f’dawn il-kategoriji: proċess elettorali u pluraliżmu, libertajiet ċivili, il-funzjonament tal-gvern, parteċipazzjoni politika u kultura politika.

Ir-Rapport juri 11-il pajjiż tal-UE li ġew ikklassifikati bħala “demokraziji sħaħ” u l-bqija tal-Istati Membri bħala “demokraziji difettużi”.

Aqra aktar

Il-PM jiżvela li fil-kampus ta’ Bormla diġà sar investiment ta’ €20 miljun

Il-Parlament illejla qed jiddiskuti mozzjoni tal-oppożizzjoni dwar l-investiment tal-Universita Amerikana f’Malta.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat innota kif din il-mozzjoni hija prematura u msejsa fuq premessi u fatti zbaljatti.

Saħaq li hekk kif jistipula l-kuntratt, l-art taz-Zonqor tista tintuza biss għal skopijiet edukattivi u dan fil-mument li jkun hemm grupp kbir ta’ studenti fil-kampus ta’ Bormla.

Hawn il-Prim Ministru ġab eżempju bi Smart City. Fejn gvern nazzjonalista ta lill-investituri l-art għal Smart City għal tlieta u sebgħin ċentezmu kull metru kwadru.

Il-Prim Ministru rreaġixxa wkoll għal attakk li għamel l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li attakka lill-investituri għax huma Ġordanizi. Kien hawn li żvela li fil-kampus ta’ Bormla diġà sar investiment ta’ għoxrin miljun ewro li ntefqu fl-ekonomija Maltija. Sostna li kieku l-Kap Nazzjonalista ra l-kuntratt, kien jinduna li hemm rabta ċara li l-art tista’ tintuża biss għal skopijiet edukattiv.

Għal kuntrarju ta’ dak li sostna li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Muscat semma li l-art fiż-Żonqor hija ta’ wieħed u tletin elf metru kwadru u mhux disgħin elf metru kwadru.

Intant, il-Prim Ministru semma’ kif l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil beda jgħallem fl-Universita ta’ Malta . Konferma ta’ kemm il-gvern ma jindaħħalx fit-tmexxija tal-Universita għax din hija istituzzjoni edukattiva awtonima.

Il-qgħad fost il-persuni b’diżabilità jonqos bin-nofs

Il-lista ta’ persuni b’diżabilita’ qiegħda naqset kważi bin-nofs hekk kif bħalissa hemm madwar tlett mitt persuna jirreġistraw- dan ifisser li hemm aktar individwi li qed jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol.

Għall-kuntrarju tas-snin ta’ qabel, fejn ta’ kull sena kien qed ikun hemm total ta’ ħamsa u għoxrin persuna b’diżabilita li jirnexxilha ssib impjieg… illum il-ġurnata f’temp ta’ sena qed ikun hemm medja ta’ 300 individwu b’diżabilita’ li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Aqra aktar

Send this to a friend