Clifford Galea | One News - Part 93

Clifford Galea

Notifiki

Fil-Karnival kien jintesa ftit id-dwejjaq tal-faqar…ikel, żfin u ċajt

Kif jaf kulħadd, il-Karnival huwa żmien ta’ blugħa, ċajt, ferħ, żfin u xalar. Iż-żmien naturali tiegħu huwa fi ħruġ ix-xitwa u d-dħul tar-rebbiegħa. F’pajjiżi Nsara, il-Karnival dejjem isir qabel ir-Randan, żmien il-ġabra u l-penitenza. Dari għal ġimgħa sħiħa, it-toroq ewlenin tal-Belt Valletta u l-irħula Maltin u Għawdxin kienu jkunu mimlija maskarati b’xi tamburlin tal-landa f’idejhom, jitfgħu l-perlini, kosbor u bċejjeċ tal-karta f’wiċċ in-nies; it-tfal b’wiċċhom imgermed, lebsin xi ġlekk ta’ missierhom jew dublett ta’ ommhom, jiġġennu minn triq għall-oħra. Mat-triqat kien jinstema’ jidwi d-daqq tat-trumbetti u sfafar. F’kelma waħda l-Karnival kien żmien li fih wieħed jinsa għal ftit id-dwejjaq u l-problemi tiegħu u jidħaq xi żewġ daħqiet. Dari, b’xi mod kulħadd kien jieħu sehem, anke n-nies meqjusa bħala serji, min biex jidħaq u min biex idaħħaq. Kultant xi ċajt żejjed kien iqajjem xi ġlieda wkoll, iżda malajr kien jintesa u jgħaddi kollox. Fil-Karnival kollox kien ittollerat.

Jingħad li hawn Malta, il-Karnival daħal mal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Dokumenti storiċi jgħidulna li l-ewwel Karnival f’Malta sar fl-1560, meta għadd kbir ta’ iġfna tal-prinċpijiet Insara nġabru fil-port lesti biex isalpaw għal Tripli. Għal din l-okkażjoni, il-Gran Mastru ta l-permess li jintlibsu l-maskri fil-pubbliku, xi ħaġa li tat aktar kuraġġ lin-nies li joħorġu lebsin ta’ maskarati bla mistħija. Naturalment, l-entużjażmu tal-Karnival fost il-popolazzjoni kien jirrifletti l-istat li kienet tinsab fih Malta dak iż-żmien. Il-Karnival, bħal kull ħaġa oħra, maż-żmien biddel rixu u tilef ħafna mid-drawwiet tiegħu ta’ dari. Il-poplu llum m’għadux jistenna l-Karnival biex jiddeverti ftit għax hawn opportunitajiet ta’ divertiment is-sena kollha. Barra minn hekk, aktar mal-Karnival beda jiġi organizzat uffiċjalment, il-poplu aktar deher li beda jitlef l-interess tiegħu fl-element spontanju ta’ din iċ-ċelebrazzjoni.

Aqra aktar

Ara: Ilhom 78 sena popolari: Tom & Jerry

Min qatt ma ra Tom & Jerry? Min jaf kemm rajnieh meta konna żgħar u għadna narawh illum ma’ uliedna, neputijiet jew familjari u anke waħedna.

Wara kollox, dawn il-puntati għadhom joħorgu sal-lum. L-oriġinaturi ta’ dawn il-karattri kienu William Hanna u Joseph Barbera.

Primarjament inħolqu 114-il puntata għall-kumpanija Metro Goldwyn Mayer.

Flok l-isem ta’ Tom, il-qattus kellu jkun jismu Jasper.

F’Malta, ħafna nies speċjalment l-adulti, jirreferu għalih bħala tal-qattus u l-ġurdien.

IL-Crane u de La Rue joħolqu problema tajba

Il-miġja ta’ Crane Currency u t-tisħiħ ta’ De La Rue f’pajjiżna ħolqu biċċa uġigħ ta’ ras fl-industrija tal-istampar. Fil-gazzetta KullĦadd, nies minn din l-industrija tkellmu-dwar kif kien hemm għexieren ta’ persuni li daru fuq dawn iż-żewġ kumpaniji li jispeċjalizzaw fl-istampar tal-flus. Dan għax joffru kundizzjonijiet mill-aqwa li għas-settur tal-manifattura huma wkoll fost l-iktar b’saħħithom. Fil-fatt jirriżulta li għexieren ta’ nies li kienu jaħdmu fi stamperiji daħlu ma’ dawn il-kumpaniji bl-istamperiji li jipprintjaw kotba u materjal ieħor spiċċaw jitkellmu bejniethom biex ilaħħqu max-xogħol li kellhom ibbukkjat.

Aqra aktar

Malta bl-iktar esibituri fl-ikbar fiera tal-Gaming

Malta kienet l-iktar pajjiż mistieden li kellu esibituri fl-ikbar fiera tal-gaming li ssir fid-dinja. B’59 esibitur Malta kellha iktar esibituri mill-Istati Uniti li kellha 41 esibitur. Kif mistenni kien ir-Renju Unit, il-pajjiż li kien qed jospita l-fiera, li kellu l-ikbar ammont ta’ esibituri b’iktar minn 170 esibitur.

Il-fiera bl-isem ta’ Totally Ice Gaming f’Londra ġabret  taħt saqaf wieħed il-krema tas-settur tal-gaming minn madwar id-dinja, tant li kull pajjiż li b’xi mod imiss ma’ dan il-qasam jara li jkollu sehem fiha.

Aqra aktar

#Treedom għal żoni iktar ħodor f’Ħad-Dingli

L-importanza ta’ iktar tħawwil ta’ siġar indiġeni qiegħda kulma tmur tiżdied. Minbarra li estetikament dawn isebbħu l-irħula u l-ibliet tagħna, il-benefiċċiji li wieħed jieħu mis-siġar imorru lil hinn minn hekk, u huma ħafna l-kampaniji edukattivi mmirati sabiex iqajmu iktar għarfien dwar dan. #Treedom hija waħda minnhom.

Quicklets u Zanzi ngħaqdu mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, sabiex għal kull dar mibjugħa minn Zanzi Homes, il-kumpanija ħawlet siġra, b’total ta’ ’l fuq minn 100 siġra mħawla s’issa. Proġett li inkluda wkoll il-kollaborazzjoni tal-iskola primarja f’Ħad-Dingli u d-Dingli Scouts, flimkien ma’ NGOs oħra.

Aqra aktar

Aġġornat: Diżgrazzja fl-ajru: 71 passiġġier maħsuba mejta

Ajruplan Russu b’71 passiġġier ġie rrapportat nieqes wara li telaq mill-ajruport internazzjonali ta’ Domodedova f’Moska, ir-Russja. Dan kien ikkonfermat lill-midja Russa minn sorsri qrib is-servizzi tal-emerġenza.

L-ajruplan għib minn fuq ir-radar għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar ħin lokali (13.00) minn għoli ta aktar minn ħames t’elef pied. Fuq l-ajruplan kien hemm ħamsa u sittin passiġġier flimkien ma’ ekwipaġġ ta sitt persuni.

L-ajruplan tat-tip Antonov 148 telaq mill-ajruport ta’ Moscow Domodedovo lejn Orsk viċin tal-fruntiera ta l-Każakstan.

Ara: Norbert Bondi jimmeravilja lill-ġurija fuq BBC ONE

Il-kantant Malti Norbert Bondin kellu wirja eccezzjonali fuq BBC ONE fejn interpreta l-kanzunetta Say Something ta’ Great big World.

L-udjenza rrispondiet b’applawsi mill-isbaħ u l-kummenti tal-ġurija fosthom tal-kantanta Geri Halliwel (ex-Spice Girls) kienu tajbin immens.

Dan huwa programm b’differenza fejn il-kantanti jagħtu l-wirja tagħhom quddiem ġurija komposta minn 100 persuna li kollha ġejjin mix-xena mużikali.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/02/07/malti-fuq-programm-muzikali-fuq-bbc-one/

Ajruplan tal-Air Malta jispiċċa fin-Nadur

Fuq il-midja socjali tal-linja Nazzjonali Air Malta, ittella’ ritratt ta’ ajruplan li sar minn dilettanti tal-karnival fin-Nadur.

B’kumment ċajtier, il-kumpanija qalet li għandha l-kompetizzjoni u wriet apprezzament għax-xogħol artistiku.

Dan ix-xogħol sar minn grupp jismu Low Life Brother.

Il-Karnival fin-Nadur ikompli llejla.

 

Send this to a friend