Clifford Galea | One News - Part 91

Clifford Galea

Notifiki

Plejer Malti jesprimi mħabbtu lejn ġebla

Il-Player Malti Joseph Zerafa li lagħab ma’ diversi timijiet f’pajjiżna minħabba l-kapaċitajiet tiegħu, esprima mħabbtu lejn ġebla fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn uża kliem li jintuża biex wieħed jiddeskrivi persuna.

U tista’ tgħid li għandu raġun f’kull aġġettiv li taha. Il-ġebla tibqa’ ġebla, b’saħħitha u b’ras iebsa.

Zerafa huwa magħruf anke ma’ sħabu l-plejers għal umoriżmu li għandu; karatteristika bżonnjuża ferm fid-dinja tal-lum.

 

Imħabbar proġett ta’ €17-il milljun għall-protezzjoni u l-immaniġġjar tal-ilma

B’investiment ta’ sbatax-il miljun ewro, tħabbar il-Pjan Nazzjonali dwar il-Politika tal-Ilma li għandu l-għan li jwassal għal titjib fl-immaniġġjar u l-protezzjoni tal-ilma kollu f’pajjiżna, mill-ilma fil-widien għall-ilma tal-pjan u l-ilma baħar.

Il-proġett imħabbar mill-Ministru għal-Enerġija u l-Ilma Joe Mizzi flimkien mal-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera se jkun qed isir fuq medda ta’ tmien snin se jinkludi sebgħa u għoxrin miżura biex jitjieb l-immaniġġjar tal-ilma.

Aqra aktar

Malta mal-iżjed pajjiżi fid-dinja b’żieda fil-ġid fl-2017

Il-ġid privat totali miżmum fid-dinja żdied għal $ 215 triljun fl-2017 u żieda bi 12% minn $ 192 triljun fl-2016, skont ir-rapport dwar il-migrazzjoni tal-ġid globali ta’ Frar ta’ New World Wealth.

Is-swieq tal-aqwa prestazzjoni matul is-sena kienu: l-Indja, Malta, iċ-Ċina, il-Mawrizju u l-Polonja, li kollha raw il-livelli tal-ġid tagħhom jogħlew b’20% jew aktar, fl-2017.

New World Wealth, ibbażat f’Johannesburg, l-Afrika t’Isfel, huwa grupp globali ta’ riċerka tas-suq, li jispeċjalizza fir-rapporti tal-pajjiż u l-istatistika tal-ġid.

Ir-rati ta’ tkabbir tal-ġid f’Malta u fil-Mauritius flimkien ma’ New Zealand, l-Iżrael, l-Awstralja, l-Istati Uniti, il-Lussemburgu u l-Iżvizzera kollha kienu megħjuna mill-migrazzjoni kontinwa ta’ nies għonja lejn dawn il-pajjiżi. L-Awstralja u l-Istati Uniti irreġistraw l-aktar nies sinjuri bħala residenti ġodda, 10,000 u 9,000 rispettivament.

Aqra aktar

Liġi dwar karozzi li jaħdmu b’enerġija nadifa

L-ewro-parlamentari Laburista Miriam Dalli ngħatat l-inkarigu biex tmexxi l-Parlament Ewropew fin-negozjati għal-livelli Ewropej dwar emmissjonijiet tal-karozzi lil hinn mill-miri tas-sena elfejn u għoxrin.

Miriam Dalli se tkun qed taħdem bħala rapportuer għal-leġiżlazzjoni ambizzjuża  sabiex jonqsu d-dħaħen tal-karozzi filwaqt li ssir aktar riċerka u innovazzjoni għall-vetturi li jaħdmu b’enerġija aktar nadifa.

L-abbozz ta’ din il-leġislazzjoni huwa mmirat biex jindirizza tliet problemi: in-nuqqas ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku jew li ma jniġġsux ħafna; il-possibiltà li l-konsumaturi mhux qed jiggwadanjaw billi jiffrankaw il-fjuwil; u r-riskju li l-Unjoni Ewropea titlef il-kompetittività minħabba nuqqas ta’ innovazzjoni f’teknoloġija b’emmissjonijiet baxxi.

Dalli spjegat kif din il-liġi se toħloq qafas għall-karozzi u vannijiet żgħar fejn tenniet:

“Jiena nemmen li din hija opportunita’ tieghi li nahdem fuq ligi li tista’ taghmel differenza fis-snin li gejjin ghaliex l-affarijiet ma jistghux jinbidlu mil-lum ghal ghada imma jirrikjedu tul ta’ snin, pero tista’ taghmel differenza fil-hajja tac-cittadini taghna u b’mod importanti fil-hajja, mhux tat-tfal tieghi biss ta, imma tat-tfal kollha, li nippruvaw nhallulhom dinja aktar nadifa, dinja fejn ikollhom kwalita’ ta’ hajja ahjar u dinja fejn is-sahha taghhom ma tkunx mhedda minhabba t-tniggis tal-karozzi u l-vannijiet.”

Aqra aktar

Aktar minn miljun ewro minn fondi ewropej biex tittejjeb il-kwalità tal-ħamrija u l-biedja organika

Is-Segretarju Parlamentari għall-agrikoltura Clint Camilleri flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej Aaron Farrugia ħabbru żewġ miżuri mmirati biex jgħinu lill-bdiewa fl-immaniġġjar u l-konservazzjoni tal-ħamrija kif ukoll għall-konverżjoni ta’ prattiċi u metodi organiċi.

Camilleri qal li taħt l-ewwel miżura (soil management) qed tingħata għajnuna ta’ €213.75 għal kull tomna fis-sena, bil-mira li l-livell ta’ materja organika fil-ħamrija tilħaq it-3% sal-aħħar tat-terminu tal-kuntratt ta’ 5 snin, dan filwaqt li għat-tieni miżura (organic practices) qed tingħata għajnuna ta’ €135 għal kull tomna matul l-ewwel 2-3 snin tal-perjodu ta’ konverżjoni.

 Farrugia qal li mill-ewwel miżura jistgħu jibbenefikaw madwar 500 bidwi fejn se jieħdu bejniethom madwar miljun ewro. L-applikazzjoni hija miftuħa u tagħlaq fit-23 ta’ Frar. Aaron Farrugia qal ukoll li l-prattika tal-biedja organika toffri diversi benefiċċji, kemm ambjentali kif ukoll għas-saħħa tal-bniedem.  Huwa spjega kif taħt din it-tieni miżura hemm allokati madwar mija u sebgħin elf ewro kofinanzjati minn fondi Ewropej.
Aqra aktar

Rapporti żbaljati dwar inċident f’Monte Carmeli

Rapporti li qegħdin jidhru f’xi sezzjonijiet tal-media dwar inċident li seħħ illum f’Monte Karmeli huma żbaljati.

Il-managment tal-Isptar Monte Carmeli jiċħad rapport fuq netnews u Lovin Malta. Aktar kmieni llum seħħ argument bejn pazjenti rikoverati fis-sala 8B. F’dan l-argument ma kinux involuti infermiera u carers, u ħadd ma ġie ferut.

L-argument ġie kkontrollat f’ħin qasir mill-istaff tal-istess sptar. Mhux minnu lanqas li kien hemm xi swali fl-Isptar Monte Carmeli li ġew magħluqa.

Ir-rapport fuq Lovin Malta qiegħed jgħid ukoll li waqt dan l-argument ħarab pazjent mill-Isptar Monte Carmeli. Il-verità hi li pazjent, li kellu l-permessi neċessarji biex joħroġ mill-Isptar Monte Carmeli biex jagħmel il-qadi tiegħu personali, baqa’ ma rritornax lura lejn l-isptar.

Qabel joħroġ mill-isptar, kull pazjent jinħariġlu permess bil-miktub mingħand il-konsulent responsabbli mill-kura tiegħu.

Sadanittant fuq dan il-każ sar rapport fl-għassa tal-Ħamrun.

Wara żewġ minuti u nofs kien diġà żviluppa ħsarata teknici fl-ajru

Il-kawza li wasslet biex l-ajruplan Antonov An-148 iggarraf seta’ kien silġ mas-sensors tal-veloċità.

Inċident li ħalla 71 persuna mejta. Il-każ ġara nhar il-Ħadd li għadda 11 ta’ Frar 2018 waqt li l-ajruplan kien fi triqtu lejn Orsk minn Domodedwo f’Moska.

Fl-investigazzjoni preliminari jidher li wara żewġ minuti u nofs li l-ajruplan telaq mill-ajruport, bdew jiżviluppaw ħsarat tekniċi.

L-ajruplan kellu fuqu seba’ snin u l-pilota kellu l’ fuq minn 5,000 siegħa ta’ esperjenza.

Fit-tfittxija tal-katavri, hemm involuti madwar 700 persuna fejn anke qed isir proċess li jinġabru kampjuni tad-DNA biex jidentifikaw min huma l-persuni li jinstabu.

L-Air Malta se twassal il-katavru tar-Rumen ir-Rumanija bla ħlas

Il-linja tal-ajru Air Malta ser tkun qed tibgħat l-katavru tal-vittma Dan Ftepan Udrea lura lejn r-Rumanija b’xejn.

Stqarr dan iċ-Chairperson tal-Air Malta s-Sur Charles Mangion waqt il-programm Dissett.

Il-vittma Dan Udrea tilef ħajtu traġikament wara li siġra waqgħet fuq il-vettura tiegħu tat-tip Nissan kawża tal-maltemp qawwi li ħakem lil pajjiżna fl-10 ta’ Frar. L-inċident seħħ waqt li Udrea kien jinsab isuq fi Triq Notabile, l-Imrieħel.

L-istaff ġewwa d-dipartiment tal-Emerġenza kien minn tal-ewwel li ħa l-inizjattiva sabiex il-katavru jintbagħat lura lejn ir-Rumanija. Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Ivan Falzon ikkonferma li l-mira ntlaħqet f’inqas minn 12-il siegħa.

Il-komunità Rumena f’Malta ukoll jinsabu għaddejin bi ġbir ta’ fondi, bid-donazzjonijiet għadhom miftuħin sabiex jingħataw lill-membri tal-familja Udrea.

Dan Udrea kien deskritt minn nies qrib tiegħu bħala ħabib u bniedem mill-aqwa.

€350,000 għall-produtturi lokali tal-films

Il-fond li permezz tiegħu tingħata għajnuna lill-industrija lokali tal-films qed jingħata aktar għajnuna bil-għan li jiżdiedu l-produzzjonijiet lokali bis-saħħa ta’ żieda ta’ ħamsin elf ewro fl-iskema tal-Malta Film Fund.

Din s-sena dan l-fond li jagħti għajuna lill-produzzjonijiet lokali se jkun ta’ tlett mija u ħamsin elf ewro.

Il-Fond tnieda f’konferenza tal-aħbarijiet f’ċinema u studios privati mill-Kummissarju tal-Films Johann Grech li spjega kif din is-sena bid-differenza għas-snin l-imgħoddija, ser jinħarġu żewġ sejħiet.

Aqra aktar

Malta tikklasifika mal-iktar pajjiżi b’saħħitom u kuntenti fid-dinja

L-Istitut Legatum, li huwa istitut ta’ riċerka bbażat f’Londra, ħareġ l-għaxar Indiċi Globali tal-Prosperità Globali, stħarriġ vast li jikklassifika lill-pajjiżi l-aktar sinjuri fid-dinja.

L-ammont ta’ flus li pajjiż għandu f’dik li hi ċirkolazzjoni, huwa fattur wieħed ta’ prosperità, iżda l-Istitut Legatum iqis ħafna aktar minn dan, fil-klassifikazzjoni tiegħu.

F’dak li hu kapital soċjali jiġifieri l-benesseru tal-bniedem u l-istil ta’ ħajja li jgħix fiha, Malta tikkwalifika fit-tmien post.

Ara:http://www.independent.co.uk/travel/news-and-advice/richest-happiest-healthiest-countries-world-new-zealand-norway-finland-switzerland-canada-travel-a8206711.html?utm_campaign=Echobox&utm_medium=Social&utm_source=Facebook

 

Send this to a friend