Clifford Galea | One News - Part 89

Clifford Galea

Notifiki

Food tasting f’San Vinċenz de Paul

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis attenda għal sessjoni ta’ food-tasting mal-anzjani ġewwa San Vinċenz de Paul.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul Dr Josianne Cutajar qalet li bħalissa għaddej proċess ta’ titjib fis-servizzi tan-nutrizzjoni u l-ikel li jiġi pprovdut lill-anzjani li qegħdin residenti ġewwa din il-faċilità għal kura fit-tul. Il-proċess ta’ titjib jinkludi diskussjonijiet mal-Università ta’ Malta biex jinħoloq kors li jiffoka fuq l-aħjar nutrizzjoni u ikel għall-anzjani, u tibdil fil-menu tal-ikel għar-residenzi ta’ San Vinċenz de Paul.

Aqra aktar

Interess qawwi fil-qafas regolatorju propost dwar it-teknoloġija DLT

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri esprima sens ta’ sodisfazzjon għall-interess qawwi li qed jintwera b’rabta mal-qafas regolatorju propost dwar it-teknoloġija DLT li ressaq il-Gvern Malti ġimgħatejn ilu u li issa qiegħed għall-konsultazzjoni pubblika.

Meta kien qed jindirizza l-konferenza bit-tema ‘Reflections on the Proposed DLT Regulations’ mtella’ mill-Assoċjazzjoni Blockchain Malta, Silvio Schembri spjega li l-qafas regolatorju qed jipproponi li tinħoloq Malta Digital Innovation Authority , li ssir reġistrazzjoni b’mod volontarju ta’ dawk li joffru servizzi b’rabta ma’ din it-teknoloġija u Arranġamenti Teknoloġiċi bħal fil-qasam ta’ smart contracts.  Il-qafas regolatorju jinkudli fih reġim, żvilluppat mill-MFSA, għall-ICOs u dawk li joffru servizzi fil-qasam ta’ muniti diġitali.

Aqra aktar

L-Air Malta tikber b’34.6 % fi Frar li għadda

Fi Frar li għadda l-Air Malta ġarret 34.6 % passiġġieri aktar meta mqabbel mas-sena li għaddiet, żieda rekord matul ix-xahar li tradizzjonalment huwa meqjus l-aktar dgħajjef tas-sena. Il-linja tal-ajru Maltija ġarret total ta’ 26,000 passiġġier aktar minn Frar 2017.

Bejn Novembru tas-sena li għaddiet sa Frar ta’ din is-sena, il-Linja tal-Ajru rrappurtat tkabbir qawwi ta’ 24 %, li jagħmel din ix-xitwa waħda mill-aktar staġuni ta’ suċċess għall-Air Malta.

Fl-aħħar sitt xhur l-Air Malta nediet total ta’ 13-il rotta ġdida inkluż tliet servizzi bejn pajjizi Ewropej. Il-linja tal-ajru rnexxielha ttejjeb l-utilizzazzjoni tal-ajruplani tagħha konsiderevolment u qiegħda wkoll taħdem qatigħ sabiex tiżgura li l-ajruplani tagħha jtiru aktar sigħat sa 12-il siegħa kuljum fix-xitwa u 14-il siegħa fis-sajf, bl-ispiża tinfirex fuq aktar rotot li twassal għal żieda fid-dħul tagħha.

L-Arċisqof Scicluna lura Malta wara xogħol fiċ-Ċili

L-Arċisqof Charles J. Scicluna wasal lura Malta llum wara nofsinhar wara ġimagħtejn fiċ-Ċilì fuq xogħol assenjat lilu mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.

Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie milqugħ minn ommu, ħutu u qraba oħra, u mill-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.

L-Arċisqof ser ikompli bil-ħidma tiegħu fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, bl-ewwel impenn pubbliku jkun nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu.

Dakinhar Mons. Arċisqof ser imexxi l-pellegrinaġġ bl-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur u jiċċelebra Quddiesa fl-Isla.

Malta – l-ewwel gżira fid-dinja b’white flag

Wied iż-Żurrieq ingħata l-ewwel ċertifikazzjoni tal-‘White flag’. Dan ifisser li pajjiżna kien l-ewwel pajjiż li ingħata dan l-unur u li permezz tiegħu ser jitnaddaf qiegħ il-baħar ta’ din iż-żona.

Fl-isfond mill-isbaħ ta’ Filfla, kien spjegat kif se jkunu diversi l-għaddasa li se jnaddfu qiegħ il-baħar mill-iskart miġbur f’qiegħ din il-ġawhra Maltija, partikolarment mill-plastik li jammonta għal ħamsa u tmenin fil-mija tal-iskart li insibu fl-ambjent marittimu.

Preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni, kien hemm il-ministru għall-ambjent Jose Herrera u l-Kummissarju Ewropew, Karmenu Vella.

Il-Ministru Jose’ Herrera qal li din l-inizjattiva ser tkun qed tikkumplimenta dak li tħabbar waqt il-konferenza My Ocean li sa s-sena d-dieħla, Malta se tkun qed tiġbor lura aktar minn sebgħin fil-mija tal-fliexken tal-plastik kollha li jintużaw.

Malta se tkun qed talloka wkoll tletin fil-mija tal-ibħra tagħha bħala żoni protetti fil-baħar sabiex tkompli tiġi protetta l-ekoloġija tal-ibħra. Min-naħa tiegħu, l-Kummissarju Ewropew, Karmenu Vella qal li sitta u tmenin sit tal-ibħra f’Malta għandhom ilma ta’ kwalita’ eċċellenti u din l-inizjattiva ser tkompli tgħin biex nimxu ‘l quddiem f’dan ir-rigward.

Id-ditta Lacoste b’logos differenti biex tqajjem kuxjenza dwar annimali li daqt ikunu estinti

Idea oriġinali mid-ditta internazjonali Lacoste fejn ħarġet bl-idea li flok il-logo magħurf tagħha jiġifieri dak tal-kukkudril, tagħmel edizzjoni speċjali b’annimali li huma fil-periklu li jiġu estinti.

Mhux biss, iżda maġenb l-annimal tikteb ukoll l-ammont li baqa’ minnu; eżempju Javan Rhinos li minnhom baqa’ 67 wieħed biss.

 

Bil-Filmat: Inħareġ mill-ħabs biex jingħata kura medika aħjar mid-dar

Ser nimxi ġurnata b’ġurnata billi mmur l-iskola u mmur għat-terapija fl-isptar. Dawn kienu l-ewwel reazzjonijiet ta’ Christopher Bartolo li ngħata l-ħelsien mill-arrest temporanju wara li kien hemm qbil fil-Kabinett, li dan il-ġuvni li huwa marid serjament fil-kliewi għandu jingħata l-kura lil’hinn mill-kanċell u l-erba’ ħitan tal-ħabs.  Crew ta’ One News mar quddiem il-ħabs fejn segwa mill-qrib il-ħelsien mill-arrest ta’ dan iż-żagħżugħ.  Id-dettalji.Aqra aktar

Sforz favur il-bejgħ ġudizzjarju tal-vapuri

Immaġina tixtri vapur waqt irkant pubbliku tal-Qorti iżda l-pajjiż fejn hu rreġistrat l-istess vapur ma jirrikonoxxix il-bejgħ. Jew inkella tkun qed tislef vapur, u ġurisdizzjoni remota tbigħ l-istess vapur mingħajr ma jkollok idea li hemm proċeduri għaddejjin.

Dawn huma żewġ xenarji li xprunaw abbozz għal leġislazzjoni internazzjonali proposta b’rabta mal-bejgħ ġudizzjarju tal-vapuri. Abbozz li tħejja mill-Kumitat Marittimu Internazzjonali u li mistenni titressaq għal konsiderazzjoni internazzjonali fi New York f’Lulju li ġej.

Il-President tal-Kumitat Stuart Hetherington fisser kif il-kumitat twaqqaf fl-elfejn u sebgħa, bl-abbozz jitlesta fl-elfejn u erbatax.

Aqra aktar

Investiment ta’ €2 biljun f’Disneyland

Il-kumpanija Walt Disney se tinvesti żewġ biljun ewro f’Disneyland ta’ Pariġi, fejn se tkun qed tkabbar il-park b’lag u żoni ġodda ddedikati għall-films ta’ Frozen, Star Wars u Marvel.

Il-kap ta’ Disney Robert Iger ħabbar dan wara li ltaqa mal-President Franċiż Emmanuel Macron.

Disney qalet li l-iżvilupp se jkun mifrux fuq diversi snin, bix-xogħol jibda fl-elfejn u wieħed u għoxrin.

Fit-tħabbira, Disnet qalet li l-investiment, l-ikbar wiħed mindu nfetaħ l-istess park, juri l-impenn tal-kumpanija għas-suċċess fit-tul tal-post bħala l-qofol tad-ditta Disney fl-Ewropa.

Ara: Il-Proġett tat-Tetaru bil-pupazzi tad-dellijiet ta’ Valletta ġewwa Għawdex

Años Luz, waħda mill-attivitajiet ewlenin ta’ Valletta 2018 għas-sena, se tittella’ fiċ-Ċentru Parrokkjali Maria Lauretana f’Għajnsielem, Għawdex, fit-tmiem il-ġimgħa, nhar is-Sibt 3 ta’ Marzu fis-6pm u l-Ħadd 4 ta’ Marzu fl-4pm.

Años Luz hija maħluqa mill-kumpanija Spanjola tat-teatru tad-dellijiet Luz Micro y Punto, kumpanija li ħadmet b’mod estensiv fuq it-teatru tad-dellijiet biex toħloq kapulavuri viżwalment impressjonanti.

Send this to a friend