Clifford Galea | One News - Part 4

Clifford Galea

Notifiki

13-il Festival tar-Rebbiegħa 2019

Iż-Żogħżija hija, meta normalment, xi ħadd jkun mimli ħajja, mimli ħolm u li jħalli moħħu jiġri bih. Jaspira. Hemm min jikkuntenta ruħu b’dak li tipprovidilu l-Providenza, oħrajn jfittxu kontinwament x’seta’ ħejja l-futur għalihom. Il-Mewt hija dik li taħsad kull tama’ puwerili u diżillużjonijiet ta’ kobor fierah u twarrabhom f’abiss minsi. Iżda umbad hemm dawk ukoll li xogħlhom u għemilhom għadhom jidwu sal-ġurnata tal-lum. Dan hu dak li l-Festival tar-Rebbiegħa ser jesplora din is-sena, kif wkoll iċ-ċentinarju ta’ wieħed mill-iktar movimenti artistiċi ‘mportanti li ‘fforma is-seklu li għadda – il-Bauhaus. Dan kollu spjegahulna l-kompożitur Karl Fiorini, Diretur Artistiku u Fondatur tal-Festival tar-Rebbiegħa.

Aqra aktar

Is-saħħa mentali hija importanti daqs is-saħħa fiżika – Alex Agius Saliba waqt il-laqgħa mal-Fondazzjoni Richmond

“Is-saħħa mentali hija importanti daqs is-saħħa fiżika. Għaldaqstant irridu ntejbu l-kwalità ta’ ħajja tal-persuni li jbatu minn diżordnijiet mentali permezz ta’ inklużjoni soċjali  u l-protezzjoni tad-drittijiet u d-dinjità tagħhom.” Dan qalu l-kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Alex Agius Saliba, waqt laqgħa li kellu mal-Fondazzjoni Richmond.

Aqra aktar

L-Ajruport ta’ Malta jniedi gwida viżiva għat-terminal fix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar l-awtiżmu

Sabiex ifakkar il-Jum Dinji ta’ Għarfien dwar l-Awtiżmu, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta xegħel il-faċċata tiegħu b’dawl blu, filwaqt li kkumplementa dan il-ġest simboliku b’inizjattiva mmirata li tiffaċilita l-vjaġġ mit-terminal għal passiġġieri bl-awtiżmu u persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom.

Aqra aktar

Il-Ministeru għal Għawdex jilħaq ftehim ma’ Wirt Għawdex dwar studju u interventi meħtieġa biex l-Għar ta’ Calypso jiġi preservat

Waqt konferenza stampa, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li permezz ta’ dan il-ftehim, il-Ministeru għal Għawdex qed jibgħat messaġġ ċar li verament jimpurtah mill-wirt kulturali u naturali li joffri Għawdex. “Ilna għal diversi snin nisimgħu li l-Għar ta’ Calypso jeħtieġ interventi biex dan is-sit marbut mal-mitoloġija Griega ma jintilifx darba għal dejjem.

Aqra aktar

Imħabbet ir-Raħal – Wirja artistika mill-artist Charlon Bonello

L-artist Charlon Bonello qed itella’ wirja li tikonsisti f’pitturi relatati mal-Madonna speċjalment il-Lunzjata li turi l-misteru tat-Tħabbira tal-Mulej.
F’ din il-wirja hemm ukoll esebit bust tal-Lunzjata li ħadem Bonello stess, inkwadru ġdid u xogħol li jinsab fi djar privati kif ukoll pavaljuni li jintramaw fil-festa.
Il-wirja qed issir fil-kappella ta’ Santa Marija tar-Rokna f’Ħal Tarxien bil-kollaborazzjoni tal-kunsill lokali ta’ Ħal Tarxien.

Send this to a friend