Clifford Galea | One News - Part 2

Clifford Galea

Notifiki

L-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu – Alfred Sant

Alfred Sant qal illum li l-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu f’intervent li għamel dwar is-sitazzjoni fil-Libja fil-Parlament Ewropew. L-Ewropej għandhom id-dmir li juru kif l-akbar interess tagħhom fil-Libja hu l-ġid tal-poplu Libjan. Mhux iż-żejt. Mhux min se jikkontrolla d-daħla lejn ir-riżorsi minerali tal-Afrika Ċentrali.

Aqra aktar

‘Il-Mixja tal-Mara fil-Politika’ wirja f’Għawdex: Il-Kummissjoni Ewropea tapprova fondi għall-proġett b’rabta ma’ aktar nisa fil-politika

Fil-messaġġ tagħha, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-mixja tal-mara fil-politika Maltija ma kinitx waħda faċli daqskemm wieħed jaħseb li hi. ‘Il-kunċett ta’ soċjetà inklussiva, li llum inqisuh sagru, kien għadu fjakk u meqjus bħala theddida għall-istatus quo li kien eradikat fil-moħħ u fil-ħajja tal-poplu’, qalet il-Ministru Caruana. Il-Ministru Caruana qalet li kien għalhekk li kienet meħtieġa riforma ħolistika fis-soċjetà, riforma li sabet oppożizzjoni qawwija. Il-Ministru għal Għawdex irrikonoxxiet fażijiet li sawwru l-istorja ta’ pajjiżna bħall-introduzjoni tad-dritt tal-vot lin-nisa fl-1947 u l-ħatra ta’ Agatha Barbara bħala l-ewwel President Mara fl-1982.

Aqra aktar

Bżonn ta’ metodi ta’ trasport li jnaqqsu t-tniġġis u l-problemi tas-saħħa – Alex Agius Saliba

Dr Alex Agius Saliba tkellem fuq il-bżonn li kemm fuq livell Ewropew u kif ukoll fuq livell nazzjonali, jkun hemm aktar inċentivi u kunċetti nnovattivi sabiex jiżdied l-użu ta’ mezzi ta’ trasport alternattivi, bħalma huma l-pedelecs, l-e-bicycles, u kif ukoll scooters li huma limitati fis-saħħa. Il-kandidat Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew qal ukoll li għandha tkun ikkunsidrata l-possibilita’ li żgħażagħ t’eta’ bejn 16 u 18 -il sena jingħataw liċenzji apposta sabiex jużaw dawn il-mezzi.

Huwa tkellem fuq l-importanza tax-xogħol infrastrutturali li qiegħed jagħmel il-Gvern fit-toroq Maltin u faħħar ukoll inizzjattivi meħuda mill-Bicycle Advocacy Group (BAG Malta) li qegħdin jimbuttaw ‘il quddiem l-użu aktar wiesgħa tar-roti f’Malta.

F’din id-diskussjoni taħt it-tinda bit-tema “Fil-Pjazza ma’ Alex” li ġiet imtella’ nhar il-Ġimgħa 5 ta’ April 2019 fil-pjazza tal-Mosta, Agius Saliba tkellem fit-tul fuq iz-zgħazagħ, fejn filwaqt li aċċenna għall-qabza kbira ‘l quddiem li għamel il-pajjiz f’dawn l-aħħar snin sostna li hemm ħafna aktar xi jsir. Agius Saliba qal li z-zgħazagħ iridu jkunu aktar fiċ-ċentru tal-politika Ewropea u tenna li minbarra d-disponibilita’ ta’ aktar fondi Ewropej fi programmi bħall-ERASMUS, l-Unjoni Ewropea trid tassigura wkoll il-ħolqien ta’ niċċeċ ġodda fejn iz-zgħazagħ isibu aktar opportunitajiet. Huwa sostna li l-Unjoni trid taħdem għal aktar sostenibilita’ u aktar serħan il-moħħ għall-futur taz-zgħazagħ tagħha, anke billi taħdem fuq vizjoni fit-tul fuq iż-żmien tal-irtirar.

Dr Agius Saliba tkellem ukoll fuq ix-xogħol siewi li għamel il-Gvern Laburista fil-qasam tad-diżabilita’, u nnota bi pjaċir iż-żieda fin-numru ta’ nies b’abbiltajiet differenti li qegħdin jikkontestaw l-elezzjonijiet lokali. Huwa għamel referenza għall-kampanja “Empower Us” li kien mexxa ‘l quddiem meta kien President tal-Forum Zgħazagħ Laburisti. Agius Saliba qal li jekk jingħata l-fiduċja, huwa jixtieq jaħdem fuq dan il-qasam fil-Parlament Ewropew u semma b’mod partikolari l-bzonn ta’ Direttiva Ewropea li tagħti lill-persuni b’dizabilita’ d-dritt għal assistenza personali.

Fost temi oħra li ġew milquta waqt din l-attivita’ Dr Agius Saliba saħaq għal darb’oħra fuq il-bzonn ta’ aktar drittijiet u mizuri bħal dak tar-Right to Disconnect biex titjieb il-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadini. Huwa tkellem ukoll fuq is-settur tal-anzjanita’, fejn qal li hemm bzonn ta’ aktar investiment permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġu zviluppati residenzi ġodda għall-anzjani, u kif ukoll fuq il-bzonn ta’ ħidma fuq livell Ewropew sabiex tkompli tiġi ndirizzata l-age discrimination, l-aktar billi jiġi assigurat li l-anzjani li jixtiequ jibqgħu jaħdmu, jiġu integrati aktar fid-dinja tax-xogħol.

F’din l-attivita’ wasslu l-messaġġi pożittivi tagħhom u tkellmu fuq il-ħiliet ta’ Dr Agius Saliba numru ta’ kelliema, fosthom is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali, Dr Aaron Farrugia, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sports, Dr Clifton Grima, il-Membru Parlamentari Dr Edward Zammit Lewis, u kif ukoll il-Membru Parlamentari Alex Muscat.

Send this to a friend