Clifford Galea | One News - Part 18

Clifford Galea

Notifiki

ARA: Illejla Emma Muscat u Biondo fin-Notte Bianca

Il-Knisja f’Malta tagħti propjetà biex jitwaqqaf food bank

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-Malta Food Bank Foundation iffirmaw ftehim uffiċjali għat-twaqqif tal-ewwel food bank tax-xorta tiegħu f’Malta. Dan is-servizz li ser jitmexxa mill-Malta Food Bank Foundation (MFBF) huwa intenzjonat li jiġbor ikel żejjed sabiex jitqassam lill-għaqdiet mhux governattivi li jgħinu lill-persuni foqra u dawk f’riskju ta’ faqar.
Aqra aktar

Għawdex jeħtieġ l-għajnuna tal-istat – Alfred Sant

Għawdex jeħtieġ l-intervent u l-għajnuna tal-istat biex jissaħħaħ bħala destinazzjoni Ewropea u bħala destinazzjoni nazzjonali u jkompli jtejjeb il-konnettivita` tiegħu ma’ Malta u mal-kontinent Ewropew. Dan qalu Alfred Sant quddiem udjenza numeruża f’Konferenza dwar is-sehem ta’ Għawdex mill-Budget Ewropew tal-2020-2027 fil-Lukanda Ta’ Ċenċ, Għawdex. Alfred Sant enfasizza li l-intervent tal-istat huwa meħtieġ biex jikkumpensa għall-insularita` doppja li jsofri minnha Għawdex peress li s-settur privat u s-suq ħieles waħdu ma jistgħux jiffinanzjaw proġetti kbar li għandu bżonn Għawdex biex ilaħħaq mal-iżvilupp f’Malta.

Aqra aktar

Ftehim kollettiv bejn l-GWU u l-MGA

Il-General Workers’ Union, permezz tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi ffirmat ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) li huma fil-gradi ta’ Gaming Inspectors u Shift Leaders. Il-ftehim kollettiv li jkopri perjodu ta’ erba’ snin sal-2020 qed itejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjegati fosthom f’titjib fis-salarji u inċentivi finanzjarji oħra li huma marbuta mat-tip ta’ xogħol li jwettqu.

Aqra aktar

SVP b’inizjattivi għal Pink October

 

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis attenda għat-tnedija ta’ inizjattiva għal Pink October ġewwa il-faċilità għall-kura fit-tul għall-anzjani ta’ San Vinċenz De Paul (SVP).

Aqra aktar

Send this to a friend