Clifford Galea | One News - Part 17

Clifford Galea

Notifiki

Qatel lill-maħbuba sigrieta u ż-żewġ gwardjani biex ma jinkixifx f’Sant’Anġlu…

Nhar il-Ġimgħa, 12 t’Ottubru, Heritage Malta se tiftaħ il-bibien ta’ Forti Sant’Anġlu hekk kif jidħol il-lejl. Żewġ żjajjar animati, ibbażati fuq ġrajjiet ta’ misteru u atti soprnaturali relatati ma’ dan il-forti storiku, se jakkumpanjaw lill-viżitaturi fuq vjaġġ waħxi li se jiżvela l-istorja mqanqla ta’ dan is-sit.
Aqra aktar

Grupp ieħor minn fuq l-Aquarius ħalla Malta lejn Franza

Grupp ieħor ta’ immigranti ħallew Malta lejn Franza hekk kif kien miftiehem.

Dwar il-każ tal-vapur Aqurius kien hemm qbil wara li l-Gvernijiet ta’ Franza u Malta ħadu l-inizjattiva konġunta biex isolvu s-sitwazzjoni li kienet qed tiżviluppa fl-ibħra internazzjonali fuq il-vapur li kien qed iġorr 58 persuna nhar il-25 ta’ Settembru 2018.

Fi stqarrija, il-Gvern Malti kien qal li l-persuni abbord l-MV Aquarius se jiġu żbarkati fuq lanċa tal-Forzi Armati Maltin fl-ibħra internazzjonali. Ingħad li l-persuni abbord se jiddaħħlu f’Malta u kollha kemm huma se jħallu l-pajjiż biex b’mod immedjat jitqassmu f’erba’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

 

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/09/25/il-kaz-aquarius-hadd-mit-58-immigrant-mhu-se-jibqa-fmalta/

Il-Madonna taċ-Ċoqqa – dramm li għadu maħbub sal-lum

Bla dubju ta’ xejn, teledramm li kulħadd sema’ bih xi darba jew oħra, huwa “Il-Madonna taċ-Ċoqqa”. Teledramm li sa mit-tmiem is-sebgħinijiet, baqa’ dejjem jissemma’ għall-kontroversja qawwija li kien qajjem minħabba bosta raġunijiet. Fost il-kontroversji ewlenin insibu x-xena fejn Rita, kissret in-niċċa tal-Madonna biex tisraqha u l-fatt li l-istess Rita jkollha relazzjoni ma’ Fra Marjanu, waqt in-novizzjat tiegħu biex isir patri.

Aqra aktar

L-UE teħtieġ strutturi li jagħtu spinta lil gżejjer bħal Għawdex – Alfred Sant

L-Unjoni Ewropea teħtieġ strutturi li jiffavurixxu komunitajiet bħal dawk li jgħixu fil-gżira ta’ Għawdex u li jippermettu l-għejxien u l-iżvilupp ta’ dawn il-gżejjer, qal Alfred Sant meta vvota favur riżoluzzjoni biex jittieħdu passi politiċi li jtejbu s-sitwazzjoni f’żoni rurali, muntanjużi u remoti. Dr Sant qal li l-entitajiet Ewropej ħafna drabi jsibuha komda li jinsew id-drittijiet ta’ każijiet partikolari bħal Għawdex.

Aqra aktar

It-Tielet edizzjoni tal-Malta Architect Awards

Ilbieraħ, is-Segretarju Parlementari Chris Agius nieda t-tielet edizzjoni tal-Malta Architect Awards. Waqt id-diskors tiegħu Agius saħaq fuq l-importanza ta’ dawn l-awards fejn irrimarka li din iċ-ċerimonja hija ċelebrazzjoni ta’ kisbiet, bl-għan ewlieni li tagħti rikonoxximent lill-periti lokali li qed ifasslu l-futur ta’ pajjiżna bi proġetti ta’ disinn ta’ kwalità għolja. Huwa kellu kliem ta’ tifħir u awgura lill-parteċipanti kull suċċess.

Aqra aktar

Send this to a friend