Clifford Galea | One News - Part 127

Clifford Galea

Notifiki

Jikkundanna kull xorta ta’ vjolenza

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia kkundanna kull xorta ta’ vjolenza domestika u sosnta li din m’għandha tkun aċċettabbli fl-ebda ċirkostanza. Huwa wera d-dispjaċir tiegħu li kummenti li seta’ għadda setgħu nftehmu b’mod li setgħu jiġġustfikaw dan l-aġir.

Aqra aktar

30 mara jistennew tarbija bl-IVF

Hekk kif ninsabu fl-ewwel ġranet tas-sena l-ġdida, madwar erbgħin koppja, ġenituri ta’ tfal li twieldu bl-IVF ingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw dan il-miraklu tal-ħajja.

Trabi li kienu fost il-mija u erbat itfal li twieldu minn Jannar ta’ tliet snin ilu ‘l hawn mindu ddaħħal l-IVF f’pajjiżna.

Ma’ One News, waħda mill-ommijiet tirrakkonta l-esperjenza li għaddiet minnha sakemm twieled binha Michael.

Amy Mallia qalet: “practically ahna Michael l-4th ivf tieghi, ix-xewqa ta’ kull koppja li jkollha l-familja taghha, l-ewwel tliet chances kienu roller coaster kbira ta’ emozzjonijiet, kull wahda hija gamble, iva, le, kwazi kwazi sal-ahhar mument, minuta li tara t-tarbija f’idejk tghid dan xi darba se jitwieled”

Aqra aktar

Tiskopri li missierha qassis

Sarah Thomas fl-eta’ ta’ 12-il sena tiskopri li missierha kien qassis kattoliku. Għalkemm fit-tfulija għexet f’akkwata ta’ livell bażiku, tiftakar li kellha żmien sabiħ b’ċelebrazzjonijiet t’għeluq sninha u festi relatati bħal Milied u oħrajn.

Aqra aktar

Filmat: L-aħħar tislima lill-anġlu Ziam

 

Tislima mill-isbaħ – hekk nistgħu niddeskrivu t-tislima li ngħata ċ-ċkejken Ziam, li fl-età tenera ta’ tliet snin tilef ħajtu wara kundizzjoni rari u iebsa ħafna.

Fil-Knisja tal-Kunċizzjoni f’Bormla ma kienx hemm fejn toqgħod labra u  minkejja b’demgħa f’għajnejhom, kienu bosta li tbissmu meta ftakru fil-memorja tiegħu u fit-tbissima fuq fommu minkejja l-agunija li kien għaddej minnha. Ċkejken li fil-ftit snin li għex f’din id-dinja biddel il-ħajja ta’ bosta nies.

Aqra aktar

Inżul t’emerġenza

Ajruplan tal-Airmalta li kien qed jopera it-titjira KM352 minn Malta għal Dusseldorf kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza. L-inżul kien wieħed normali. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kaptan u l-ekwipaġġ biex jassiguraw is-sigurta’ meħtieġa lill-passiġġieri. B’kollox kien hemm 125 passiġġier.

Jidher li l-ajruplan kellu xi hsara teknika. Saru l-arranġamenti neċċessarji u l-ajruplan diġa’ jinsab fuq titjira lejn Malta.

Iwieġeb li mhux ħati li ttrafika d-droga

Jonathan Fenech ta’ tlieta u tletin sena mir-Rabat ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanizja personali ta’ għaxart elef ewro wara li wieġeb mhux ħati li ttraffika d-droga minn stabbiliment li għandu f’San Pawl il-Baħar.

Fenech li jaħdem bħala barman tressaq il-Qorti l-Erbgħa filgħodu mixli bil-pussess u traffikar ta’ droga u li kien qiegħed jopera attività kummerċjali mingħajr il-liċenzja tl-pulizija.

Huwa ġie arrestat fuq il-post fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta li għadda minn uffiċjali tal-pulizija stazzjonati fl-Għassa tal-Qawra fi spezzjoni għall-għarrieda fl-istabbiliment tiegħu.

Aqra aktar

Nirien f’garaxx fl-Imsida

Għall-ħabta tas-13:00, garaxx fi Triq Victor Denaro fl-Imsida inħakem minn nirien.

Huwa mifhum li ħadd ma weġġa’ f’dan l-incident.

Għadu mhux stabbilit xi kkawża dawn in-nirien. Aktar dettalji hekk kif jaslulna.

Jiftaħ uffiċjalment is-Suq tal-Belt wara investiment ta’ €14-il miljun

B’investiment ta’ 14-il miljun ewro, infetaħ uffiċċjalment is-Suq tal-Belt. Dan sar bhala parti mir-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta u ċ-ċelebrazzjoni għas-sena Ewropea tal-Kultura li għadha kif bdiet l-elfejn u tmintax. Huwa għalhekk li biex dan il-post baqa’ wieħed ikoniku l-ħsieb tal-grupp Arkadia kien li kemm jista’ jkun kollox jibqa’ oriġinali b’restawr puntwali u ta’ min japprezza fuq dak li ħallew l-Ingliżi fosthom ta’ metall fondut, arkati tal-ġebel u ċisterni tal-ilma.Aqra aktar

Tradizzjoni malli jinżel l-ajruplan

Ħafna huma dawk li xi darba jew oħra siefru fuq xogħol jew btala u malli ajruplan jasal fid-destinazzjoni tiegħu b’wiċċ il-ġid, jisimgħu ċapċipa t’apprezzament. Din tista’ tissejjaħ tradizzjoni li hija marbuta man-nies tal-Mediterran specjalment mal-Maltin. Titqies bħala grazzi u awgurju tajjeb lill-pilota li jkunu wasslu lill-passiġġieri fid-destinazzjoni mixtieqa. Forsi dan iseħħ minħabba li dan il-mezz tat-transport sal-lum il-ġurnata għadu meqjus u jibqa’, bħala invenzjoni straordinarja tal-bniedem li kapaċi jwassal passiġġieri minn pajjiż għall-ieħor b’mod alternattiv għal dak tat-trasport bil-baħar.

Aqra aktar

Send this to a friend