Sandro Mangion

Ma jħossux qed jgħix jekk ma jaqrax u ma jiktibx. Għandu l-fama ta’ pittma quddiem il-maledukazzjoni, l-indixxiplina u n-nuqqas ta’ rispett lejn xulxin. Konvint li kull imġiba ta’ dan it-tip – ċkejkna kemm hi ċkejkna – hija parti minn continuum antisoċjali li jherri s-sisien tal-komunità u ma jħallihiex tilħaq il-milja sħiħa tagħha. Meta kien għadu student fil-Liċeo Superjuri rifes l-għatba tad-dinja tal-midja u dam fiha għal 16-il sena. Ħafna jiftakruh fuq it-televixin, fosthom f’‘Bir-Rispett Kollu’ ma’ Peppi Azzopardi fuq TVM u fi ‘Bla Aġenda’ ma’ Norman Hamilton fuq One TV. Għal madwar ħames snin kien ukoll il-preżentatur tal-programm ta’ diskussjoni dwar ġrajjiet kurrenti ‘Spirtu Pront’ kull nhar ta’ Sibt filgħodu fuq One Radio. Għal seba’ snin u nofs ħadem l-ewwel mal-Parlament Ewropew u mbagħad mal-Kummissjoni Ewropea fil-Belt tal-Lussemburgu u fi Brussell, u ġie lura Malta fl-2013 fuq liv fit-tul. Bħala editor-in-chief tal-Union Print, flimkien mal-edituri ta’ L-Orizzont u It-Torċa fl-2015 kien responsabbli għall-bidla fid-dehra tal-gazzetti tal-General Workers’ Union. Illum huwa l-Uffiċjal għall-Affarijiet Internazzjonali fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Kien attiv ħafna is-soċjetà ċivili. Fost l-oħrajn, kien fuq quddiem nett fil-Malta Gay Rights Movement bejn l-2001 u l-2005. F’dak l-irwol ħadem ħafna biex jixpruna diskussjoni pubblika sana fuq il-persuni LGBTI u biex jippromwovi l-aġenda ta’ din il-minoranza fil-livell politiku. Huwa ggradwat fil-Komunikazzjoni mill-Università ta’ Malta u kiseb Master’s fil-Liġi tal-Unjoni Ewropea mill-Università ta’ Nancy 2 fi Franza. Għandu interess partikolari fil-mikronazzjonijiet, fil-kunflitti territorjali u fil-fruntieri anomali. Nota: Il-kitba kollha f’dan il-blogg tirrifletti biss il-fehmiet personali tal-awtur.

Tewbiet, titwib, twiebet

Kont nieħu qatgħa fi msarni meta kien jasal is-Sibt. Fiż-żmien qabel ma d-doċċa saret moda u tista’ tgħid qatlet il-prattika li “nieħdu banju”, għat-tfal il-banju ta’ nhar ta’ Sibt kien ikun iktar kiefer minn tal-bqija tal-ġimgħa. Iżda kont nitmeżmeż l-aktar mhux minħabba l-ilma, l-għorik, u s-sapun fl-għajnejn: minn mindu kienu għamluli dak l-imbierek Preċett, is-Sibt kien sar ukoll il-ġurnata tal-famuża qrara.
Aqra aktar

(pre)okkupazzjoni

Saret moda. Hawn min jitfa’ kantun, hawn min ipoġġi kaxxa tal-kartun, u hawn min jinqeda b’siġġu mżegleg, b’medja tal-plastik, b’jerry can, jew b’umbrella tax-xemx.

Xi sena ilu, meta dan il-portal kien għadu ma twelidx u allura ma kienx għad għandi dan l-ispazju li permezz tiegħu nista’ nilħaq l-eluf kbar ta’ qarrejja, kont ħarbixt erba’ kelmiet u nxarthom fuq il-paġna tiegħi tal-Facebook. Ftakart f’dik il-kitba meta semmihieli xi ħadd li kien qed isempel  għax post li faċilment seta’ jipparkja l-karozza fih kien okkupat minn … qasrija.

Jagħmluha kemm ir-residenti kif ukoll il-ħwienet, u s-sitwazzjoni qed tkompli taggrava aktar ma jiżdiedu l-karozzi fit-toroq. Każ ta’ għal kull parking hawn mitt kelb. Nivvintaw kull tattika possibbli. Basta meta tiġi lura t-tifla wara lejla marsusa mal-għarus għad-dlam u l-fwar issib post eżatt quddiem il-bieb, ma tmurx allaħares qatt tilwi l-għaksa jekk ikollha tagħmel xi erba’ passi. Basta nikkapparaw naqra spazju żejjed għal ftit imwejjed oħra għall-istess kijenti li nkunu qed nagħmluhielhom aktar diffiċli li jsibu fejn jipparkjaw biex ikunu jistgħu jiġu għandna.

Aqra aktar

Making Malta great … tgħid?

Waqt li qed tiġġoggja mal-baħar f’Wied il-Buni, tilmaħ lil Charmaine-Jane ġejja mid-direzzjoni opposta mal-partner, it-tnejn jomogħdu ċ-ċuwingamm qishom żwiemel mogħxijin b’balla ħuxlief ifuħ, waqt li jimbuttaw premm bir-roti jżaqżqu. Il-marelli kemm kont ilek ma taraha! Minn mindu kontu toqogħdu tqasqsu r-ritratti tal-kantanti mazza mir-rivisti taħt il-bank fuq wara nett fil-klassi.Aqra aktar

Kun ċert

Bdiet tiela’ t-tempra. Eżatt wara widnejna: “ċlikk, ċlikk, ċlikk”. Pawża ta’ żewġ jew tliet sekondi u nerġgħu: “ċlikk, ċlikk, ċlikk”. Imbagħad idur fuq sieħbu u, b’vuċi kemxejn għolja biex jinstema’ fuq il-mużika, jgħidlu: “Issa la jidlam ftit joħorġulna isbaħ”. U nerġgħu: “ċlikk, ċlikk, ċlikk”.

Aqra aktar

Meta triqtek issir qabrek

Inkun prunżuntuż jekk nipprova nidħol fil-mertu tal-każ – dak jarawh il-pulizija u l-maġistrat tal-għassa flimkien mal-esperti maħturin minnha.

Għadni bla kliem. Lil-Lito, kif kulħadd kien isejjaħlu, sirt nafu lejn tmiem is-snin disgħin, meta konna ħdimna flimkien biex ftaħna l-Capital Radio. Kien iffissat fil-mużika rokk. Kelma ma jżommhiex, xi kultant inġenwu. Jidħol għal kull biċċa xogħol bl-entuzjażmu ta’ żagħżugħ; fl-aħħar mill-aħħar, dejjem baqa’ żagħżugħ f’qalbu. Jibqagħli tifkiriet sbieħ tiegħu. Insellem lill-memorja għażiża tiegħu filwaqt li nagħti l-għomor lil qrabatu.

Aqra aktar

Sens komun, interess komuni

Beda jpaqpaq qisu kien, kif jgħid il-Malti, se jaqagħlu. Bdejt narah mill-mera jiġġestikola b’dirgħajh muswafa. Fommu kien qed jinfetaħ u jingħalaq qisu kien se jagħtih, barra minn fuqna, xi attakk – sakemm ma kienx qed iħanxar il-‘Walk on Water’ jew in-‘1944’ mal-programm ta’ filgħodu favorit tiegħu.

Beda jirrejżja l-magna … vrumm, vrumm, vrumm. F’salt wieħed instema’ t-twerziq tat-tajers, qalagħni bil-herra u spara għal quddiemi djagonalment, bin-nofs ta’ wara tal-karozza tiegħu ppuntat f’nofs il-lejn l-oħra, b’periklu għall-vetturi li kienu ġejjin mid-direzzjoni opposta. Sadattant, qalbu d-dwal u l-mara li kienet qed tistenna fuq il-bankina biex taqsam minn fuq iż-żebra bilkemm ma kellhiex titla’ fuq il-bonit tiegħu biex tgħaddi. Sitwazzjoni fantozzjana.

Aqra aktar

Irritazzjoni f’għoli ta’ 32,000 pied

Maqbud f’tubu kbir tal-azzar, marbut kif tkun mas-siġġu fi spazju limitat imdawwar b’nies li ma tafhomx, allaħares minbarra l-bagalja ma tkunx ippakkjajt ukoll wiżna paċenzja jekk trid li tasal bis-sliema. Jekk hemm okkażjoni fejn spiss jispikka bil-kbir in-nuqqas ta’ etikett, ta’ manjieri, u ta’ rispett lejn l-oħrajn, din hija titjira fuq ajruplan tal-passiġġieri.

Aqra aktar

U ijja

“I’m all right, Jack,” iħobbu jgħidu l-Ingliżi. U, b’mod ġenerali, aħna l-Maltin f’din naqblu magħhom.

Inkun qed nesaġera jekk ngħid li, kulfejn iddawwar wiċċek, issib eżempji flagranti ta’ nies li, ġaladarba moqdijin huma, jiġu jaqgħu u jqumu minn kollox u minn kulħadd?

Aqra aktar