Ian Castaldi Paris

Ian Castaldi Paris twieled San Ġiljan nhar it-30 ta' Jannar 1978. Huwa nutar u jmexxi ditta ta' nutara li stabilixxa huwa stess. Il-politika hija waħda mill-passjonijiet ewlenin tiegħu - imma mhux biss. Forsi fatti li ftit jafu dwaru huma li jħobb jagħmel xogħol fil-ġnien, ikun imdawwar bin-natura u anke joħroġ bid-dgħajsa. Castaldi Paris huwa miżżewweġ u għandu żewġt'itfal bniet. Jgħożż ħafna l-onesta' u min ma jibżax jieħu deċiżjonijiet. Motto importanti għalih huwa dan: qatt tinsa minn fejn bdejt.

Oppożizzjoni bla skrupli

Meta tisma’ jitkellem lill-kap ta’ l-oppożizzjoni Simon Busuttil, tistħajlu kap li rifes il-Partit Nazzjonalista għall-ewwel darba tliet snin ilu.

Jitkellem dwar l-onestà u l-integrità, dwar kemm irid inaddaf il-politika Maltija u dwar kemm jemmen fir-riżenji. Tisthajlu kap li għandu ambizzjoni li qatt ma kien hawn bhala.

Izda met tieqaf u tahseb, tinduna li dan huwa biss, u xejn aktar, l-istess persuna li kien jiftahar li elezzjoni wahda wara ohra, kien għamel il-manifest elettorali. Tidnuna li dan huwa l-istess persuna li kien spalla ma spalla mal-krema tal-PN, inkluż ma Lawrence Gonzi. Tinduna li dan huwa l-istess persuna li meta l-PN kien fil-Gvern, kien qed ipappiha mhux hażin. Tinduna li dan huwa l-istess persuna, li kien f’partit bi skandlu dwar korruzzjoni ppruvata, wieħed wara l-ieħor, u qatt ma għamel xejn dwarha. Tinduna li dan huwa l-istess persuna li għalaq għajnejh u widnejh għal weġgħat tal-Poplu Malti u Għawdxi.

Aqra aktar

Futur sabiħ għal pajiżna

Mill-ewwel ġurnata li dan il-Gvern ingħata l-fiduċja mill-poplu, spikka biċ-ċar li dan kien Gvern ipreparat biex jiggverna, lest biex ma jaħli l-ebda ħin prezjuż. Il-poplu kellu fiduċja li dan il-Gvern kien ser iwassal lil pajjiżna f’livelli għolja li l-ebda Gvern preċedenti ma kien kapaċi jagħmel.  Kellna poplu b’fiduċja assoluta f’dan il-Gvern u min-naħa l-oħra kellna u għandna Gvern b’fiduċja kbira fil-poplu Malti.  Hija din it-taħlita li qed twassal għal suċċess wieħed wara l-ieħor.

F’dawn il-ftit snin li dan il-Gvern ilu jiggverna ma tridx tkun għaref wisq biex tinduna u tħoss t-tkabbir tal-ġid f’pajjiżna.  Ibda miż-żghir sal-kbir, huwa fatt li ma jista’ jiċħdu ħadd li qegħdin ngħixu kwalita ta’ ħajja aħjar, b’aktar flus fil-bwiet u b’ambjent aktar nadif.  Fl-aħħar mil-aħħar dan huwa dak li jinteressah il-Poplu Malti, li jqum għax-xoghol biex jaħdem u juri t-talenti tiegħu, ghax jaf li dan huwa Gvern li jurik x’għandu ppjanat għalik. Dan huwa Gvern li lilek iridek tirnexxi u għalhekk jagħtik dak kollu li int ikollok bżonn biex tirnexxi.

Aqra aktar

L-ebda tarf għall-politika tal-PN

Jagħmel x’jagħmel dan il-Gvern, għall-oppożizzjoni xejn m’hu tajjeb. Oppożizzjoni li lanqas hi stess ma taf x’inhi d-direzzjoni politika li qed tieħu.  Fl-istess grupp issib min jgħid ħaġa u fl-istess ħin min jġhid ohra. Hekk ġara dwar il-privatizazzjoni ta’ l-Air Malta.  Busuttil qal ħaġa u Claudio Grech qal oħra.  Wiehed jgħid mod u sħabu jgħidu mod iehor.  Każ ċar li tal-PN ma jafux x’iridu.

Il-verità hija li dak li wettaq il-Gvern f’dawn l-aħħar tliet snin, l-Oppożizzjoni ma stennietu qatt u qatt.  L-oppożizzjoni ħasbet li dan il-Gvern mhux ser jirnexxi u ħasbet li bl-istess uċuh u bl-istess arroganza, kienet ser terġa’ tkun fil-Gvern mingħajr sforzi ta’ xejn.

Dan kollu iżda malajr sfaxxalhom fix-xejn u f’daqqa waħda pajjiżna sab oppożizzjoni maqbuda bla viżjoni, bla politika li twettaq u bla appoġġ mil-partitarji taġħha stess.  Aktar ma dan il-Gvern beda juri kemm verament kellu pjan għal pajjiżna, aktar bdejna naraw l-oppożizzjoni tiġi darha mal hajt.

Aqra aktar

Il-Moviment Laburista u l-Partit Nazzjonalista

Id-differenza bejn it-tnejn hija ċara daqs il-kristall.

Minn naħa waħda għandna moviment li jimxi maż-żminijiet u jaddotta politika miftuħa għal kulħadd u min-naħa l-oħra għandna Partit Nazzjonalista li baqa’  imwaħħal mal-passat. Partit magħluq fih innifsu u li ftit li xejn jappella għan-nies.

Il-Partit Nazzjonalista żgur iżda li jappella għall-klikka interna. Klikka li twieldet fit-tmeninijiet, fi żmien Fenech Adami u li baqgħet tintiret minn klikka għal klikka.  Għal Partit Nazzjonalista, il-viżjoni ta’ politika onesta mhix importanti. Dak li huwa importanti għalihom huwa li min huwa tal-qalba jibqa’ jiggwadanja sew, kemm meta ikunu fil-Gvern u kemm mill-oppożizzjoni. Partit fallut li keċċa ħafna mil-impjegati ġenwini tieġħu, iżda partit li għandu biżżejjed flus biex jimpjega lit-tifel ta’ Fenech Adami. Partit li għal min mhux ta’ ġewwa, żgur li m’għandux post għalih.

Aqra aktar

Gvern bil-fatti u oppożizzjoni bil-paroli

L-aħbar li ħabbar il-bieraħ Joseph Muscat hija waħda li fost il-ħafna aħbarijiet pożittivi li pajjiżna qed jikseb taħt dan il-Gvern.  Hija aħbar li ser tkompli tiġġenera akatar u aktar xoghol f’pajjiżna u ser tkompli tkabbar l-ekonomija tagħna. Iżda l-ikbar ċertifikat kien li l-investituri sejjħu lil dan il-Gvern bħala tim effiċjenti.  Dan juri biċ-ċar li x-xogħol siewi ta’ dan il-Gvern, l-effiċjenza u d-determinazzjoni twassal biex tinkoragixxi l-barranin jinvestu f’pajjiżna.

Kif spjega tajjeb il-Prim Ministru Jopseh Muscat, biex wieħed jifħem il-kobor ta’ dan l-investiment tal-Crane Currency, il-kumpannija li tistampa l-flus, wieħed jista’ jqabbel dan ma żmien meta giet f’Malta l-SGS.  B’hekk b’dan il-paragun, wieħed jifhem tassew dak li rnexxielu jġib dan il-Gvern għal pajjiżna.

F’dawn it-tlett snin wieħed irid jammetti li pajjiżna nbidel. Ix-xogħol issaħħah u l-investiment barrani qabad ritmu tajjeb ferm.  Pajjiżna qed joħroġ il-potenzjal tiegħu u l-Poplu Malti qed juri t-talenti tiegħu. Potenzjal li kien qed jiġi mfixkel mil-Gvern preċedenti, li ma kienx kapaci jqabbad il-magna biex pajjiżna jirnexxi.

Aqra aktar

Il-PN u Busuttil jgħaddu biż-żmien lill-partitarji tagħhom

 

Busuttil ma jafx x’inhi onestà. L-onestà għandha tibda l-ewwel ġewwa darek imbagħad għandhek titkellem dwarha.  Li Busuttil m’huwiex onest mal-partitarji tiegħu stess qedha tweġġa ħafna lil attivisti tal-PN. Qegħdin jindunaw li Busuttil donnu qed jipprova idaħħalhom tama’ ġdida u jurihom li forsi hemm xaqq ta’ dawl li l-PN ikun fil-Gvern, kull meta Busuttil u l-klikka tiegħu jindunaw li l-pożizzjoni tagħhom fil-Partit hija dgħajfa.

Busuttil qal li Settembru huwa x-xahar tal-PN iżda b’dan l-aġir tiegħu stess x-xahar ta’ Settembru ser jibqa’ mfakkar għax-xahar fejn Busuttil u l-Partit tiegħu jgħaddu minn għajn il-labra lil kull attivist tal-PN.

Is-serjeta’ titlob ħafna iktar minn hekk.  Busuttil qed jiġi f’ħalq u f’ilsien il-partitarji tiegħu stess li qegħdin jindunaw li dan m’huwiex kap serju u jittamaw biss li warajh ikun hemm wieħed li forsi jista’ jurihom xaqq ta’ dawl.

Busuttil qieghed jalludi ruħu u joħlom li xahrejn oħra ser tiġi elezzjoni ġenerali. Qiegħed jgħidilhom li sema ħafna għajdut li f’Novembru li ġej ġejja elezzjoni ġenerali.  Jaħasra u povra partitarji li qed imorru fuq il-Fosos tal-Floriana jisimghu l-ħmerijiet u l-imbarazz.  Iżda Novembru jgħamel ħafna sens għal Busuttil.  Hekk kif jasal Novembru u l-partitarji sejrin jindunaw li l-anqas xamma ta’ elezzjoni ma hawn, jidħlu l-festi tal-Milied u għalhekk l-ewwel okkażjoni li jkollu Busuttil mal-partitarji ikunu f’Jannar fejn żgur li l-kantaliena li jaqbad f’Jannar tkun li issa l-elezzjoni tkun wasslet.  Tant kemm m’għandux postu ċert bħala kap li lanqas jissogra li jitkellem mal-partitarji tiegħu dwar avvenimenti aktar minn xahrejn bogħod, għax jibqa li jqabbuh il-barra.  Kif jgħid il-Malti, Busuttil qed jistenna biss li jekk ma johroġx mil-bieb ser joħroġ mit-tieqa. Hija biss kwistjoni ta’ xhur.

Aqra aktar

Il-PN iġiegħel lill-partitarji jistħu li huma Nazzjonalisti

Hija tal-misthija kif l-oppożizzjoni qed iġġib ruħha. Titfa’ l-ġebla u taħbi idejha.  Qiegħda timxi b’mod diviżiv mingħajr ebda viżjoni u saħansittra bla direzzjoni.

Mil-banda l-oħra, il-politika li addotta dan il-Gvern mil-bidu tal-leġiżlatura tiegħu, hija wahda inklussiva, li tgħaqqad u li tħares lejn l-interessi kollha tagħna u ta’ pajjiżna.  Dan hu l-mod kif wieħed għandu jmexxi l-pajjiż.

Il-poplu Malti huwa poplu matur, bilgħaqal u li jaqbeż għal dak kollu li huwa Malti.  Poplu li ma jaħfirha lil ħadd jekk wiehed jipprova ixekkel jew iħammeg l-isem ta’ pajjiżu. Poplu li iwieġeb għal kull minn irid jagħmel ħsara lil pajjizna.

Bħalissa s-sentiment tal-poplu Malti lejn l-oppożizzjoni huwa wieħed ta’ rabja, rabja li hija inevitabbli u naturali li wieħed iħoss jekk vera jkollu l-imħabba għal dak kollu li hu Malti u ghall-istorja ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

Il-bużżieqa fid-Dar Ċentrali waslet biex tinfaqa’

Hekk qed isejħulha l-ġrajja li qed tiġri bħalissa fid-Dar Ċentrali. Diversi partitarji Nazzjonalisti inklużi xi deputati li ngħataw il-ġenb, qed jiddeskrivu lil Simon Busuttil bħala Kap ieħor li għandu biss egoiżmu u aġenda għalih u għal tal-klikka.  Ħafna qed jgħidu li ilhom jissaportu iżda jekk ser jiftħulha ser ikun hemm taqlib kbir bejn min huwa ta’ Busuttil u bejn min irid bidla fit-tmexxija tal-Partit.

Simon Busuttil huwa urtat ferm għal dak li qed jiġrilu u saħansittra minn informazzjoni li għandi jirriżulta li Busuttil qed juża kliem iebes u dispreġjattiv lejn xi deputati li qed joqgħodu ħalqhom magħluq għaliex qed jistenna u jippretendi li juru s-support tagħhom lejh.  Tant ma jridx li jitlef postu Busuttil li l-bieraħ filgħaxija ġol-bini tad-dar centrali uza kliem bhal “mhux worth it dak li tagħmel għalihom” u “kont ħafna aħjar li kieku ma għamiltx dan il-pass u bqajt Brussell”. Kliem bħal dan juri li Busuttil issa bħal partit tiegħu wasal verament fil-qiegħ u qiegħed jiggranfa mal-iċken ħabel li forsi jista’ jsalvah.

Aqra aktar

Deċiżjonijiet għal ġid tal-Poplu Malti

Illum żgur li ħafna nies raw tama ġdida hekk kif il-MEPA ħabbret skema għal dawn is-sentejn fejn kull minn kellu xi irregolarita fil-bini tiegħu, u li sa ftit ilu ma stajtx tirregolarrizahha, illum hemm proċedura li sid ta’ binja jista’ japplika, biex sa fl-aħħar dan jiġi in regola.

Aqra aktar

Oppożizzjoni inġusta u bi preparazzjoni għal kap ġdid

Dawn l-aħħar jiem rajna Oppożizzjoni li tipprova tilgħab bid-demokrazija u saħansittra xxekkel jew iddaħħal dubji dwar l-istituzzjonijiet f’pajjiżna. Din hija arma perikoluża ħafna li juża biss min huwa bla kuxjenza, bla skrupli u min ikun irid joħloq inċertezza.

Madankollu, li tilgħab din it-tip ta’ logħba, mhux biss ma turix li l-oppożizzjoni m’għandiex viżjoni għal pajjiżna, iżda turi oppożizzjoni li lesta wkoll tattakka l-integrità tan-nies.

Aqra aktar