Aleander Balzan

Aleander Balzan huwa l-Kap tal-Aħbarijiet ta’ ONE. Il-pożizzjoni tiegħu fit-tmexxija ta’ waħda mill-ikbar kmamar tal-aħbarijiet f’pajjiżna twassal biex fil-ħdima tiegħu tmiss ma’ diversi suġġetti. B’hekk f’dan il-blog se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta.

Il-hijack ta’ Jason Azzopardi

Li huwa avukat u deputat kemmxejn pompuż m’hemmx għalfejn ngħidha jien, kulħadd jaf. Għalkemm l-iktar li jafu huma dawk li jsegwu l-politika mill-qrib, fosthom il-ġurnalisti minn midja oħra li jħobb iċemplilhom iżerżqilhom xi sett mistoqsijiet li jkun għadu kif daħħalhom bħala domandi parlamentari.

Aqra aktar

Min kien jaf b’kollox?

Fir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar is-sit f’Ħal Qormi fejn kien hemm il-birrerija tal-Lowenbrau hemm dikjarazzjoni ċara ta’ Nazzareno Vassallo, chairman ta’ Vassallo Group, li kien hemm Ministru li kien jaf b’dak kollu li kien għaddej.

Aqra aktar

Tagħlima Renzi

Huma ħafna dawk li qed jgħidu li l-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi, għamel żball meta rabat ir-riformi kostituzzjonali mal-iktar uffiċċju importanti f’Palazzo Chigi; dak tiegħu.

Żort Palazzo Chigi proprju ftit wara li Renzi ħa t-tmexxija tal-Italja u kellu laqgħa mal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat.. Żjara li nibqa’ niftakarha għal diversi raġunijiet.
Aqra aktar

Le għal ‘status quo’ f’Paceville

Ftit tal-ġimgħat ilu, l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet masterplan għal Paceville u minnufih għamlitha ċara li dan kien masterplan għad-diskussjoni.

Intqal li kien hemm sitt ġimgħat biex il-pubbliku jgħid tiegħu dwar dan il-‘master plan’ u jdaħħal is-suġġerimenti jew id-diffikultajiet tiegħu b’dak propost għand l-Awtorità.

Eventwalment is-sitt ġimgħat saru disa’ ġimgħat, biex in-nies tal-PA setgħu jisimgħu mingħand ir-residenti u n-negozji f’laqgħat pubbliċi u anke personali. Biex kien bla sens l-argument ta’ min mar jipprotesta għax qal li ma kienx konsultat. Wieħed jista’ jipprotesta kemm irid. Iżda ma tistax tgħid li ma kontx ikkonsultat meta saħansitra ssejaħt fil-Parlament biex tgħid tiegħek dwar dak propost.

Aqra aktar

Kampanja elettorali fi ftit jiem

Skont il-Kap tal-Oppożizzjoni l-elezzjoni ġejja dalwaqt. Saħanistra ddikjara li kien hemm min qallu li ġejja f’Novembru. Dikjarazzjoni li għamilha fuq il-Fosos tal-Floriana u li kieku kellna noqogħdu fuqu allura nifhmu li l-Prim Ministru, Joseph Muscat, se jkun qiegħed ixolji l-Parlament u tinbeda kampanja elettorali fi ftit jiem. Saħansitra, dejjem bir-raġunament tal-Kap tal-Oppożizzjoni, l- Parlament lanqas jerġa’ jiltaqa’. Xejn ma kont sorpriż b’din id-dikjarazzjoni ta’ Simon Busuttil.
Aqra aktar

“Emmnuni, I can be better”

Simon Busuttil qabad diska ġdida. Peress li lanqas ta’ madwaru m’huma jemmnu li huwa l-aħjar għalihom, issa qed jgħid li jista jkun “aħjar minn tal-Labour”. Ejja, għal darba, intuh il-benefiċċju tad-dubju u nistudjaw ftit din ix-xewqa tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Aqra aktar

Tista Tkun Int, Salv!

Tista’ Tkun Int huwa programm li udjenzi kellu bl-eluf. Huwa wkoll programm li għal snin twal kien fl-iskeda tal-istazzjon nazzjonali. Sakemm darba fost oħrajn, ittieħdet deċiżjoni li jieqaf.

Forsi dak iż-żmien ma kinetx deċiżjoni daqstant ċara. Peró li hu żgur hu li bħal mijiet ta’ programmi oħra dan il-programm ma kellux ċens perpetwu biex jixxandar fuq TVM. U dan f’mument fejn kien qed jiġbed l-ikbar udjenzi fuq dan l-istazzjon. Kien ukoll programm bl-air time mixtri, mhux bħal dawn li ssemmew riċentament li biex isiru ħarġu l-belli liri mit-taxxi tal-poplu.

Aqra aktar

Issa l-ħoss!

Kultant żmien tinbet idea ta’ petizzjoni minn xi ħadd fostna li ddejqu xi ħaġa u għalhekk ikun irid jeliminaha. Ikun hemm inizjattivi li jaqbdu, oħrajn inqas. Ir-referendum tal-kaċċa fir-Rebbiegħa huwa wieħed mill-iktar eżempji klassiċi għax tant inġabru firem li kien sfurzat vot popolari.

Aqra aktar