Joseph Brincat – Page 5 – One News

Joseph Brincat

Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Notifiki

Baħar x’Jaqsam

Dr Jason Azzopardi fl-elezzjoni kien qalibha lil Dr Joseph Cassar. U lil Dr Joseph Cassar, raġel fuq l-irġiel, ħatruh maġistrat,  għax  persważ li kien jispiċċa fixxa, minkejja li kellu pożizzjonijiet ministerjali.  M’għamilx flus mill-poter.  Kien bniedem nadif.

Ma’ kull min titkellem kulħadd jgħidlek l-istess kelma, ħabib tiegħu jew avversarju.Aqra aktar

Ta’ min il-Monument?

Il-monument, jagħmlu min jagħmlu, jsir ta’ kulħadd.  U ħadd ma għandu dritt jibdlu, l-aktar u l-aktar meta jkun hemm rabta mal-ġrajja nazzjonali.

Dawk li jħambqu fuq ir-rule of law, jiġifieri li l-liġi għandha tkun indaqs għal kulħadd, ippretendew li l-monument ta’ l-Assedju quddiem il-Qorti jsir qisu niċċa għal Daphne Caruana Galizia. Kien hemm mara li dehrilha mod ieħor u neħħiet kull ma kien hemm u kien ilu hemm,  saħansitra meta kien hemm l-ewwel ġurnata taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Belt bħala kapitali tal-kultura.

Aqra aktar

San Pawl f’Malta

Il-festa tal-miġja ta’ San Pawl f’Malta.  Ġrajja kbira li poġġiet isem artna fl-aqwa storja.  Min jixtri l-Bibbja,  u hawn b’kull ilsien u bil-miljuni,  illum ikun jixtri t-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid li fih ukoll l-Atti Tal-Appostli.

Fil-Kapitlu 28,  insibu l-aqwa riklam għal min irid iżur pajjiżna.  U nittama li nibqgħu bl-istess timbru fuqna,  li bħala poplu aħna nies ta’ qalb tajba u nilqgħu lill-barrani fil-bżonn.

Din il-ġrajja ġġib wiċċ-imb-wiċċ ma’ aspett ieħor tal-ġrajja ta’ artna.  Konna kolonja tar-Rumani,  li kien jużawna   U bis-saħħa ta’ San Pawl kellna l-ewwel isqof Malti,  San Publiju,  li spiċċa matri.  It-tnejn kellhom missjoni waħda, jwasslu l-messaġġ ta’ Kristu bħala l-aħbar it-tajba…..għax dik tfisser il-kelma Evanġelu.

U ma nistgħux ma ngħidux li kellna bosta li mxew fuq l-istess passi ta’ San Pawl u San Publiju u xandru l-Evanġelu,  l-aħbar it-tajba.  Mhux biss fi gżirtna imma mal-erbat irjieħ tad-dinja.  Il-missjunjarji Maltin dejjem taw sehem kbir,  meta nqisu ċ-ċokon relattiv ta’ pajjiżna.  Nistqarr li ħadt gost għall-ħabta tal-Milied li mort fi  Triq Merkanti biex nixtri presepju li ridt nagħti rigal, u kien mill-Uffiċċju Missjunarju bil-voluntiera.

Meta nara dawn,  ngħid li San Pawl ma ġiex ta’ xejn.

Imma daqstant ieħor niddejjaq meta jew semmiegħa fuq  ir-radju jew qarrejja tal-kitbiet fuq facebook,  jiġuni kummenti kemm jiddejqu n-nies li l-medja suppost tal-Knisja f’Malta,  (ngħidu mnissla minn San Pawl) tinsa dak kollu li hemm  fl-Evanġelu u jinfexxu jxandru l-aħbar…..imma tal-partit nazzjonalista.

Ma naħsibx li San Pawl kien ikun kuntent!  Xi wħud fil-Partit Nazzjonalista jistennewh bħala “patrimonju” tagħhom,  u l-kotra tiddisprezza.
Ejja ma ninħbewx wara d-dritt tal-espressjoni.  Meta l-qassis Baget Bozzi ħareġ mas-soċjalisti għall-elezzjonijiet fl-Italja,  iddardart.  Meta mbagħad inxteħet ma’  Berlusconi aktar.  Kulħadd għandu dritt tal-libertà tal-espressjoni,  imma kulħadd irid iġib rispett l-istatus li jkun għażel fil-ħajja.

Ħadd qatt ma lmenta miegħi fuq xi priedka li tibqa’ fuq il-binarju tal-Evanġelu,  imma hemm min jitmasħan meta jisma’ qassis jagħmel propaganda politika.  U n-nies jafu li meta kien hemm partit nazzjonalista fil-gvern kien idawwar sold sewwa.

San Pawl għadu attwali sal-lum,  u mad-dinja kollha.  Imma qassisin politikanti f’Malta u f’pajjiżi oħra jafu (jew messhom jafu)  li qed jagħżqu fl-ilma,  u għadda żmienhom.  Ma jinfluwenzaw lil ħadd.   Hudu mill-aħħar elezzjoni…..

Tagħna lkoll

Jum ta’ festa għall-Belt Valletta,  il-Belt tagħna lkoll. U mhux se nħallu lill-Beltin jgħidu li l-Belt hija tagħhom biss.   Tagħna wkoll.

Hekk inwaddab ħarsti lura fiż-żmien, nemmen li aktar qattajt sigħat imqajjem fil-Belt milli band’oħra f’Malta. Bejn qorti u Parlament, u uffiċċju. U minkejja l-inżul u t-tlajjiet tagħha, dejjem hija sabiħa. Anzi, aktar tgawdi l-veduta kollha, imqar jekk hi Triq l-Ifran.

U tiskanta kif f’daqstant ċokon,  wara kollox,  hemm daqshekk teżori ta’ kultura, u biċċiet minn kullimkien li sawru l-ġrajja tal-Belt Valletta.  Mhux tal-Kavallieri biss,  imma tal-Ingliżi,  tal-ġemgħa tal-Lhud li kienu jgħixu Malta.

Aqra aktar

Bla faħam miblul

Fehma li waħlet f ’moħħi mal-ewwel li smajt l-aħbarijiet kienet li ħadd mill-Partit Laburista, anzi aktar u aktar minn Kastilja, ma kellu x’jaqsam mat-tmien krudil ta’ Daphne. Il-fatt li kien qtil krudil ma jagħti lil ħadd dritt li jkun krudil ma’ ħaddieħor, u jipprova, minkejja s-sewwa magħruf, tibqa’ ttambar li f ’kelma waħda, kienu responsabbli Joseph Muscat u ta’ madwaru. Anke min għandu l-iqsar memorja, ma jistax jinsa l-kliem li dan kien qtil politiku.

Akkuża serja għax “qtil politiku” ifisser li min inqatel kien vittma tal-Istat, u kollox kien ippjanat mill-Istat, (jew anke minn Stat ieħor f ’ċertu każi). U kien hemm min ipprova jagħmel kapital politiku u nesa l-vittma, għax l-aktar importanti kien kemm issir ħsara lill-Partit Laburista u lil Joseph Muscat fuq kollox u fuq kulħadd. L-importanti kien li qatagħhom l-għaxt bil-perżut kif jgħid il-Malti. Joseph Muscat mal-ewwel intriga l-forzi tal-pulizija u tal-investigazzjoni barranin, bħal mhi l-FBI Amerikana u l-Europol. Waqt li bħaħen tal-Partit Popolari fil-Parlament Ewropew kienu mingħalihom se jagħtu ordnijiet kif għandhom isir l-affarijiet, kienu diġa’ qed jinħmew, bilgħaqal kollu.Aqra aktar

X’sena dik

Hekk l-istess titlu kont ktibt għas-sena 1998 fit-Torċa u laqqat libell mingħand il-Perit Mintoff għax semmejtu. Naturalment irbaħtu għax dak li għedt kien veru, u Mintoff ħallas l-ispejjeż.

Imma din is-sena hija wisq aktar qawwija mis-sena 1998, kemm għal pajjiżna u kemm għalija personalment. Imma nħallu lili personalment, minkejja li kelli ħafna episodji mhux tas-soltu.

Qatt kontu tobsru li f’din is-sena kien se jkun hemm elezzjoni ġenerali, meta kien baqa’ daqstant xhur oħra, u l-gvern seta’ jagħżel li jistenna sal-aħħar. Mhux jibqa’ ikkakkmat mas-siġġu bħal-leġislatura ta’ qabel, minkejja li l-gvern nazzjonalista kien sfiduċjat. Kien hemm min ħassha mossa azzardata.Aqra aktar

FIAU u ftit ereżiji

 

Kontu tafu li l-Avukat Ġenerali tal-2001 (Anthony Borg Barthet)  kien involut fit-tfassil tal-liġi tal-FIAU.  U waħda mill-klawsoli tgħid li l-Bord tal-FIAU jkun kompost minn, fost oħrajn, persuna waħda minn tlieta nominati mill-Avukat Ġenerali.  Tidħkux.  L-Avukat Ġenerali ta’ dak iż-żmien kien iwaddab ismu, u allura jagħżlu lilu. L-istess meta spiċċa Borg Barthet, u daħal Dr Silvio Camilleri bħala Avukat Ġenerali. Hu beda jmur u bħala Chairman. Warajh għamel l-istess Dr Peter Grech, għax hekk daħlet id-drawwa.

Għalkemm mhux ħafna jitħallsu talli jkunu fuq il-Bord !

Aqra aktar

Kantaw vittorja bil-mozzjoni fil-Parlament Ewropew, imma …..

1.  Tafu li l-ebda ġurnal ma ġab il-kliem kollu tal-mozzjoni!??! Jien se nġib partijiet fejn wiċċ il-PN ma jibqax jidher nadif u paladin tar-Rule of Law. Inġib bl-Ingliż u mbagħad ngħid fil-qosor bil-Malti. “Q. whereas the Panama Papers revelations from April 2016 showed that a total of 714 companies linked to Malta are listed in the Panama Papers database of the International Consortium of Investigative Journalists; whereas these documents included revelations regarding a current minister and a former minister from the previous administration, and high-ranking officials;” Fil-Panama Papers barra 714-il kumpanija Maltija kien hemm ukoll isem Ministru tal-Gvern preżenti u Ministru tal-Gvern ta’ Qabel. “Tidħqux jew aħjar tibkux. Il-Ministri li jissemmew huma Konrad Mizzi imma l-ieħor huwa Francis Zammit Dimech li kien qed jivvota favur il-mozzjoni.Aqra aktar

Il-Verġni tal-Partit Popolari

Il-Partit Popolari Ewropew iħaddan fih minestra ta’ ħafna partiti illi huma tal-lemin u taċ-ċentru, ħafna fdalijiet ta’ partiti illi kienu jgħid u li huma demokristjani fosthom hemm ukoll illum il-Partit ta’ Berlusconi.

Iċ-ċampjin bħala rappreżentant tal-partit ta’ Berlusconi huwa ċertament Tajani li kien barax geddumu jgħorku mal-ispalla ta’ Silvio Berlusconi meta kien għadu l-Italja. Imbagħad għamlu kummissarju.  Meta Tajani ra li mhux se jkun imġedded bħala kummissarju, ħareġ għall-elezzjonijiet Ewropej u tela’ u allura issa għax kien imiss lil Partit Popolari li jkollu ċ-ċermen il-President tal-Parlament Ewropew, Tajani resaq ‘il quddiem u rebaħ.Aqra aktar

Fuq tlieta toqgħod il-borma

Issa saret drawwa li tintalab ir-riżenja tal-Avukat Ġenerali. L-ewwel ma ħareġ biha kien Simon Busuttil li spiċċa li kellu jirriżenja hu. Issa reġgħet instemgħet.  Bejnietna jippruvaw iċappsu lill-Avukat Ġenerali b’xi timbru politiku, jiġifieri li hu mal-Labour! Ili nafu. Jekk tistaqsuni,  naċċertakom li qatt ma smajtu jlissen kelma waħda li minnha tista’ tgħid kif jaħsibha politikament. Dejjem kien bniedem rett u tal-affari tiegħu, mhux biss issa imma anke meta kien għadu fir-rank aktar ’l isfel. Aqra aktar

Send this to a friend