Joseph Brincat – Page 4 – One News

Joseph Brincat

Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Notifiki

Il-Prinċep Harry u Delia

 

Bosta Maltin weħlu mat-television jaraw it-tieġ tal-Prinċep imqareb u b’xagħru aħmar (qisu kuġin tal-Avukat Ġenerali Dr. Peter Grech). Ma neħodha bi kbira xejn li l-Maltin tinteressahom il-Monarkija Ingliża għal ħafna raġunijiet,  fosthom l-irbit li drajna bih mal-Ingilterra,  u kemm hu faċli għalina li nitħalltu mal-Ingliżi.  U ngħiduha wkoll kemm hawn nies li meta jħarsu lejn kunjomhom, isibu li ġejjin min-nisel Ingliż.  U ngħiduhom hemm oħrajn ukoll li l-anqas jafu li ġejjin minn dan in-nisel,  u l-unika waħda li kienet taf il-verità kienet ommhom.

Imma laqatni kemm tawh prominenza l-istazzjonijiet Taljani.  U għalkemm ma narawx wisq television minn Franza,  jidher li l-aktar magazines importanti f’Pariġi,  ħarġu bil-kopertina fuq dan iż-żwieġ.

Laqat ħafna l-fatt li kien il-Prinċep Charles, missier l-għarus,  li tella’ lil Meghan Markle  sal-artal.  Missierha ma kienx jiflaħ.  Imma dak il-ġest ta’ Prince Charles ġie interpretat, u ma jistax ikun mod ieħor,  kemm kienet aċċettata bħala mart il-Prinċep Harry.Aqra aktar

Kardinal

Dr Joseph Muscat fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tkellem kemm fittex fuq il-liġi li qed jagħmel ħalli koppji li ma jkollhomx tfal,  isibu l-għajnuna f’Malta ħalli possibilment dawn it-tfal jitwieldu.   Semma li kien qara dak li qal il-Kardinal Carlo Maria Martini li dam Kardinal ta’ Milan u wara rtira f’Ġerusalemm ikompli l-istudji tiegħu fuq il-Bibbja.

Sibt x’kien qal il-Kardinal f’djalogu li kellu ma’ xjenzat Professur Ignazio Marino.  Nitkellmu fuq is-suġġett fil-programm tar-radju “Le, m’intix waħdek”  u jidirli li għandi nġibu hawn.  U se nagħzel li nġibu bit-Taljan,  kif deher fl-Espresso, pubblikazzjoni magħrufa.

“Sui temi toccati in questo colloquio Martini si era raramente espresso, in passato. Anche nei primi mesi del 2005, quando in Italia la discussione pro e contro la legge che regola la fecondazione artificiale fu molto viva e la gerarchia della Chiesa si pronunciò con forza, egli rimase in silenzio.
Aqra aktar

L-Adozzjoni u l-IVF

Professur tal-Psikologija, Dr Mary Anne Lauri qalet li hija adottat u mhux għamlet IVF.  Perfettament għażla legittima għax kulħadd liberu kif jagħżel u jfassal ħajtu, u ħadd m’għandu jimponi fuq ħadd. Naturalment fejn tkellmet riedu jikkwotawha għax ma taqbilx mal-liġi li għaddejja mill-Parlament.

Aqra aktar

Ix-xewqa ta’ tarbija

Huwa l-akbar istint li għandu l-bniedem, li minnu jitwieldu l-ulied. Hekk hija n-natura wara kollox. Jekk inħarsu lejn il-ħolqien nibqgħu mistagħġbin bil-qawwa ta’ din il-forza fina. Is-sess u l-pjaċir tiegħu huwa tentazzjoni mhux għall-pjaċir, imma ħalli jiġu l-ulied. L-agħar in-naħal. Ir-reġina togħla dejjem aktar fl-għoli, u l-irġiel jiġru warajha, u jmur bla nifs. Wieħed jasal, ikollu x’jaqsam magħha, u mbagħad imut ukoll.

Ix-xenqa tal-bniedem li jwelled hija l-ħajja stess. Meta ma jkunux ġejjin, minkejja li mixtieqa, il-moħħ jhewden u titnissel id-dieqa.

Niftakar meta kont ili xi sentejn miżżewweġ, u minkejja li xtaqna, ma kien hemm l-ebda dawl. Inzertajt il-Ħadd wara nofsinhar, u qrajt il-dramm ta’ Francis Ebejer, “Ħdud fuq il-Bejt”, li kien fuq id-dieqa li tisma’ t-tfal jilgħabu u inti tfal m’għandekx. Moħħi ried jisplodi.Aqra aktar

Delia Missjunarju għall-Klawsura

 

Qatt smajtu b’dak li mar ibiegħ ir-refrigerators fin-North Pole ?  Jew dak li  ħareġ ibiegħ il-heaters fid-deżert tas-Sahara ?

Issa għandna ieħor.  Adrian Delia li hu missjunarju,  u se jagħmel missjoni speċjali għalih,  u qisu se jmur jikkonverti lil tal-Klawsura.

Għamel diskors fuq li jrid jiġġieled kontra l-abort.  Emmnuni għedt forsi kien hemm xi ħaġa li ma ndunjatx biha.  Umbagħad kif ġabet l-artiklu t-Times,  qisha l-uffiċċju missjunarju ta’ Adrian Delia.  Aktar tħawwadt meta ċertu Mario Xerri bagħatli kumment fuq Facebook li ma għamilt l-ebda kumment fuq poeżija dwar l-abort,  li kienet qed tintbagħat.  Għidtlu sinċerament li ma kontx qed nifhem,  imma għedtlu l-fehma tiegħi.

Xorta bqajt nahseb li kien dwar id-diskors tal-Missjunarju Delia.   Imma mara qrajt li kien hemm miktub u baghtitli l-poesija,  sentimentali hafna fuq l-abort.Aqra aktar

Il-Mizien tal-Qorti

Ili midħla tal-qrati għal dawn l-aħħar 52 sena. U fuq ċerti ħwejjeġ inkemmex xofftejja, bħal ħafna nies oħra. Jien niftakar żmienijiet meta kien hemm Presidenti Sir Anthony Mamo u l-Profs JJ Cremona u mħallfin bħal Guzè Flores u oħrajn. Kien hemm ċertu attitudni li wieħed iħossu kburi li qed jagħtu s-sehem tiegħu lill istituzzjoni importanti. Ma kienux iqisuha professjoni biss. Anke registraturi, bħal Prof Victor Borg Costanzi u Dr Victor Borg Grech, li l-proċedura veru kien jafha.

Aqra aktar

Fitch – Fittex u ssib

Li Fitch Ratings għolliet lil Malta wkoll ghal A+  huwa ċertifikat ta’ fiduċja li kulħadd għandu jkollu fl-ekonomija Maltija. Meta Moody, u Fitch jagħmlu l-analiżi tagħhom,  ikunu attenti għax ma jridux joħorġu ta’ mażetta.   Dan iċ-ċertifikat huwa għall-gvern.  Ifisser li tista’ tafdah,  u jekk kellek tixtri l-bonds tiegħu,  serraħ rasek għax serju.

Tiskantawx jekk ngħidilkom li l-Italja,  li suppost hija waħda mill-akbar pajjiżi bi żvilupp ekonomiku,  ir-rating tagħha huwa ta’ BBB,  jiġifieri anqas minn dak ta’ Malta.

Malta tinsab fl-istess kategorija bħal ma hija l-Irlanda u l-Israel.  Dan il—pajjiż tal-aħħar dejjem ta’ min ikejjel miegħu,  għar-raġuni sempliċi li l-Lhud għandhom tradizzjoni ta’ sekli kif jieħdu ħsieb il-flus,  tagħhom u ta’ ħaddieħor.

Aqra aktar

Drittijiet Chewng Gum fundamentali

Simon Busuttil għamel kawża għax ma qal li m’għandux smigħ xieraq fl-inkjesta li qanqal, u hemm appell li mar quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi,  li nzerta miżżewweġ lil Marlene Mizzi MEP Laburista.  Allura qed inewwaħ li m’għandux smigħ xieraq.

Niskanta u nimmeravilja ruħi kif id-drittijiet fondamentali biċċa chewing gum f’dan il-pajjiż.  Illum sentenza mod, u għada sentenza mod ieħor.  Wieħed li jkun għaddej kumpilazzjoni u forsi wasal ukoll għall-ġuri,  jgħidulu li jrid jistenna sakemm jgħaddi l-proċess kollu u anke biċ-ċans li jeħel il-ħabs (Muscat v Avukat Generali) u minn daqqiet iva, ma nistennew xejn.

Id-dritt fondamentali ta’ smigħ xieraq huwa jew f’kawża ċivili,  jew f’kawża kriminali fejn min jilmenta jrid ikun involut personalment bħala vittma,  jiġifieri jrid ikun akkużat.   Kawża ċivili tkun bejn tnejn min-nies (jew iżjed)  imma ma jkun hemm l-ebda ħabs imdendel.

Aqra aktar

Baħar x’Jaqsam

Dr Jason Azzopardi fl-elezzjoni kien qalibha lil Dr Joseph Cassar. U lil Dr Joseph Cassar, raġel fuq l-irġiel, ħatruh maġistrat,  għax  persważ li kien jispiċċa fixxa, minkejja li kellu pożizzjonijiet ministerjali.  M’għamilx flus mill-poter.  Kien bniedem nadif.

Ma’ kull min titkellem kulħadd jgħidlek l-istess kelma, ħabib tiegħu jew avversarju.Aqra aktar

Ta’ min il-Monument?

Il-monument, jagħmlu min jagħmlu, jsir ta’ kulħadd.  U ħadd ma għandu dritt jibdlu, l-aktar u l-aktar meta jkun hemm rabta mal-ġrajja nazzjonali.

Dawk li jħambqu fuq ir-rule of law, jiġifieri li l-liġi għandha tkun indaqs għal kulħadd, ippretendew li l-monument ta’ l-Assedju quddiem il-Qorti jsir qisu niċċa għal Daphne Caruana Galizia. Kien hemm mara li dehrilha mod ieħor u neħħiet kull ma kien hemm u kien ilu hemm,  saħansitra meta kien hemm l-ewwel ġurnata taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Belt bħala kapitali tal-kultura.

Aqra aktar

Send this to a friend