Joseph Brincat | One News

Joseph Brincat

Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Notifiki

Kap. 28 tal-Atti tal-Appostli

Ħassejt li Joseph Muscat ma kien komdu xejn bis-sitwazzjoni li nħolqot,  li żewġ vapuri tal-NGOs  ġabru xi nies fl-ibħra tal-Italja u baqgħu ġejjin hawn fl-ibħra  taghna.  Skont il-liġi internazzjonali,  r-responsabbilità kienet tal-Italja.  Sempliċi.  Fejn ikunu se jegħrqu u jiġu salvati,  hemm tidħol ir-responsabbilità tal-pajjiż li fl-ibħra territorjali tiegħu, ikun sar is-salvataġġ.

L-Italja nzertat agħar minna f’dan ir-rigward,  għax Lampedusa hija eqreb lejn l-Afrika milli Malta. Dan fatt ġeografiku.Aqra aktar

Xkatlati

Illum 10 ta’ Diċembru, 2018,  għal xi 4.00pm kont ġej mill-Imrieħel u niġbed lejn il-Marsa. Sa ftit ilu bħal dan il-ħin kont issib it-traffiku staġnat,  u bil-kemm tista’ tgħaddi,  u ċlikki ċlikki.  U dan meta tagħżel it-toroq li huma magħrufin bħala regional roads,  li suppost iħaffu t-traffiku.

Illum nista’ ngħid bi pjaċir u sodisfazzjon li dak ix-xogħol li sar fit-toroq li jieħdu lejn in-naħat t’isfel ta’ Malta qed jissarraf fi traffiku aħjar,  u mhux biss fil-ħinijiet inkrepattivi bħal ma hu l-Erbgħa ta’ waranofsinhar u n-nies tkun sejra lejn id-dar.

U dik l-aħbar li dehret fuq one.com.mt hija minnha u n-nies jafuha bl-esperjenza tagħhom,  bħal ma ġiet l-esperjenza tiegħi llum stess.

Imma dejjem jibqa’ x’isir u ħażin jekk nistrieħu fuq il-kuruni tar-rand tal-glorja ta’ dak li sar,  għax  ir-rand malajr jinxef.

Fil-fehma tiegħi hemm bżonn li jkun hemm daqqa t’għajn lejn it-traffic lights, għax kultant f’ċerti inħawi joħoqlu problemi,  u mhux żgħar.Aqra aktar

Ġurnaliżmu investigattiv

Ili bid-drawwa li nsegwi l-programm Report fuq RAI 3 sa miż-żmien li kienet tmexxih Milena Gabanelli. Kien jolqotni għaliex jagħmel ġurnaliżmu investigattiv bis-serjetà, u kienu jolqtu l-musmar fuq rasu. Ma kinux jehdew bil-korniment, bil-qrejjen, bl-ilwien tal-ilbies u l-moda, u kemm dik u l-oħra hija kerha. Ma kinux joqgħodu l-anqas fuq l-għajdut imma kienu jmorru bil-mikrofonu u l-camera u jagħmlu l-mistoqsijiet, u fuq kollox iġibuhom quddiem għajnejk. Aqra aktar

Ta’ Venezja

Meta smajt li ġew tal-Kummissjoni ta’ Venezja biex jaraw x’għandna nagħmlu ħalli nkunu aħjar, moħħi mar lura lejn il-Kunsill tal-Ewropa li fih għamilt 17-il sena mill-ħajja politika tiegħi. Meta Ganni de Michelis kien Ministru tal-affarijiet barranin fl-Italja, għamel minn kollox halli jkabbar l-importanza tad-distrett tiegħu li kienet Venezja, post twelidu. Ganni de Michelis kien spiċċa fl-għawġ ukoll ma’ Craxi u fuq il-korruzzjoni. Sa fejn niftakar sewwa, u mhux spiss li mmur żmerċ, l-ewwel president tal-Kummissjoni kien Taljan, anzi Sqalli minn Bronte, Antonio La Pergola, li kien ukoll ministru soċjalista.

Aqra aktar

Xita tar-ramel u n-nida

Espressjoni Maltija li turi d-differenza, u bħalissa nieżla ftit xita. Fi ftit kliem jekk tqabbel lil Adrian Delia ma’ Joseph Muscat, ikollok tgħid li x-huma x-xita u n-nida. In-nida hija aktar ġentili u qatt ma tagħmel ħsara.  Umbaghad ftit xita tar-ramel bħal ma għamlet jumejn ilu. Adrian Delia jidher li hu xita tar-ramel. Aqra aktar

Bonus Paterfamilias

Ir-Rumani kienu kapaċi mhux biss fil-gwerer u fil-bini kbir u majestuż li ħallew warajhom ma’ kull fejn kienu.  Ħallew ukoll warajhom sensiela ta’ liġijiet u  prinċipji li għadhom hemm sal-lum f’ħafna sistemi, inkluż f’tagħna.  Umbagħad  hemm saħansitra d-Dutch Roman Law,  li hija s-sistema tal-Olanda.   Imma nħalluna minn dan kollu,  għalkemm interessanti.  Ir-Rumani vvintaw il-kunċett tal-Bonus Paterfamilias, li tfisser “il-missier tajjeb tal-familja”.

Il-Bonus Paterfamilias kellu fuq spallejh ir-responsabbiltà kollha tal-familja,  li ma konitx tinkludi biss lil martu u lil uliedu,  imma anke l-ġenerazzjoni ta’ qabel, u ta’ wara, insomma, fi ftit kliem kien responsabbli għar-razza u r-radika, kif ngħidu aħna. Aqra aktar

Bla ħajta

Mhux diffiċli għalija xejn illum li nikteb dan l-artiklu.  Se nġib kelma b’kelma dak li qalet il-Qorti Kostituzzjonali fuq il-każ li fetħu l-familja ta’ Caruana Galizia.  Kellhom żewġ ilmenti.  Wieħed li l-Assistant Kummissarju m’għandux ikun fl-inkjesta.  U t-tieni li ma kienux qed ikollhom smiegħ xieraq, jiġifieri mhux qed issir ġustizzja magħhom.Aqra aktar

Bis-senter għan-nemus

Ħafna jkunu dawk li jgħidu kif ċertu nies jitħallew jgħidu li jridu,  u saħansitra jigdbu fuq Malta. Jinkwetaw bis-serjetà.  U jkunu jistennew li xi ħaġa ssir.   Dawn speċjalment l-anzjani li jafu żmienijiet oħra.  Imma llum iż-żmienijiet inbidlu.Aqra aktar

L-Ingliżi Demokratiċi?

Fuq it-Times Online hemm xi erba’  jippontifikaw li l-Gvern huwa dittatur għax neħħa n-niċċa ta’ Daphne Caruana Galizia minn fuq il-monument li għal aktar minn seklu ma kienx tagħha.  U kien hemm xi professur jew tnejn,  li jippretenduha li huma awtorità fuq id-demokrazija.Aqra aktar

Nerfgħu fil-vara

Aktar ma qed jgħaddi ż-żmien aktar qed inwaħħal f’moħħi li hemm bosta minn dawk li qed jidhru akkaniti għall-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia,  li fil-fatt iridu jirkbu fuq il-memorja tagħha u l-mewt traġika  tagħha.

L-aħħar inizjattiva ta’ Manwel Delia,  li għandu aġenda speċjali,  u jaħseb li se jmexxi lill-Maltin fuq ir-rotot li jrid hu. Ħaseb li għadu ma’ Austin Gatt u fit-Transport Malta jew bħala konsulent,  jew politiku,  jew kandidat.  Insomma.     Manwel Delia ġabar ħafna firem tal-avukati,  imma qisu nesa’ li Adrian Delia huwa avukat,  u martu hija avukata wkoll !  Ikun hemm min jgħid li Adrian Delia ma kienx ta’ żmienu,  għax kienu ilu li dabbar rasu minn mal-Arriva u żmien il-Bużullotti.Aqra aktar

Send this to a friend