Aleander Balzan – Page 9 – One News

Aleander Balzan

F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Brussell mill-ġdid fil-mira tat-terroristi

L-istazzjon ċentrali tal-ferrovija fi Brussell kien evakwat wara li nstemgħet splużjoni. Għalkemm l-ewwel dikjarazzjonijiet mill-pulizija Belġjana jindikaw li kollox jinsab taħt kontroll.

Rapporti qed jgħidu li persuna li kienet liebsa ċintorin ta’ splussiv twaqqfet fil-ħin mill-forzi tal-ordni filwaqt li l-pjazza ewlenija tal-Belt, il-Gran Place, kienet evakwata.

Din mhix l-ewwel darba li Brussell qed jisfa fil-mira tat-terroristi. Is-sena li għaddiet 32 persuna mietu wara attakk fl-ajruport mill-Istat Iżlamiku.Aqra aktar

Malta tispikka fil-qasam edukattiv

 

Malta klassifikat fit-tieni  post ta’ rapport tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-qagħda edukattiva f’wieħed u erbgħin pajjiż meqjusa bħala sinjuri jew b’saħħa finanzjarja medja.

Minn dan ir-rapport, ippubblikat mill-organizazzjoni fi ħdan in-Nazzjonijiet Maqgħuda li tiffoka fuq it-tfal, il-UNICEF, jirriżulta li hija biss il-Fillandja li kisbet riżultat aħjar minn Malta f’dik li hi kwalità tal-edukazzjoni.

Aqra aktar

‘Foam’ mal-kosta Maltija jidher li hu fenomenu naturali

Fl-aħħar ħin reġa’ tfaċċa dak qisu ‘foam’  f’diversi żoni f’Malta, fosthom fl-ibħra f’San Ġiljan, fil-Qawra u fil-Port il-Kbir. Però dan jista’ tkun riżultat ta’ fenomenu naturali, qalet l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, liema fenomenu kien innutat ukoll f’inħawi oħra tal-Mediterran.

Aqra aktar

LEAK MILL-PN U NIES IRRABJATI

Ir-riżultat ta’ votazzjoni fl-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista dwar liema distretti għandhom ikunu ċeduti wera kif il-Partit Nazzjonalista hu għal kollox maqsum minn nofs. It-Tnejn filgħaxija l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kellu laqgħa twila biex ħa din id-deċiżjoni u d-deċiżjoni ħalliet ħafna b’togħma morra u dan ma ddejqux juruh pubblikament.

Aqra aktar

Tirbaħ May, iżda tnaqqas is-saħħa fil-Parlament

Il-Partit Konservattiv ta’ Theresa May se jkun l-ikbar partit fil-Parlament Ingliż wara li rebaħ l-elezzjoni fir-Renju Unit. Peró May mhux se jkollha l-maġġoranza assoluta meħtieġa biex il-Partit Konservattiv imexxi l-parlament waħdu u dan nissel diżappunt fil-Partit Konservattiv, b’mod partikolari għaliex hi sejjħet l-elezzjoni għax riedet mandat b’saħħtu biex anke tinnegozja Brexit.

Aqra aktar

IKTAR PERSUNI MĦAJJRA GĦAT-TMEXXIJA TAL-PN

Iktar persuni fil-Partit Nazzjonalista qed jistħarrġu x’appoġġ jista’ jkollhom jekk jikkontestaw għall-Kap tal-Partit.

Għalkemm Roberta Metsola hija l-kandidat favorita tal-establishment hemm min xorta waħda qed jikkunsidra jitfa’ ismu anke għax kien imħeġġeġ jagħmel dan minn fazzjonijiet differenti tal-partit.

Anke jekk kienu parti mill-grupp tat-tmexxija li qal li mhux se jerġa’ jfittex li jkun elett fl-istess kariga tiegħu, Beppe Fenech Adami u Ann Fenech m’huma jeskludu xejn.

Fenech Adami kien fost l-iktar voċiferi fil-grupp biex ma jirriżenjawx ilkoll wara d-disfatta tas-sibt u jekk kemm –il darba jiddeċiedi li jitfa’ ismu fit-tellieqa se jkun qed jargumenta li hu telaq minn Viċi-Kap u jekk jinħatar Kap ikun jista’ jagħti l-partit id-direzzjoni li jrid hu.

Argument simili tista’ tagħmlu Ann Fenech li għalkemm mhi teskludi xejn hemm inqas ċans li tgħażel li tikkontesta. Anke għax kienet fost dawk li minkejja l-appelli kontinwi ma kkontestawx l-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Aqra aktar

Il-karozza tal-Prim Ministru għall-irkant

Il-karozza tal-Prim Ministru se tkun irkantata. Pass li se jittieħed wara li ddeċieda li ma jibqax jieħu l-allowance biex juża l-karozza tiegħu minflok tal-Gvern.

Tul din il-leġiżlatura l-Prim Ministru se juża l-karozza tal-Gvern biex dik personali se tingħata lill-Partit Laburista biex tinbiegħ bl-offerti fil-jiem li ġejjin. Parti mid-dħul minnha jmur ukoll għall-karità.Aqra aktar

Send this to a friend