Aleander Balzan – Page 8 – One News

Aleander Balzan

F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Timmermans jibgħat ‘l hemm lil David Casa

Il-Membru tal-Parlament Ewropew, David Casa, ipprova jieħu Brussell l-allegazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista fil-konfront tal-Prim Ministru u kumpanija fil-Panama. Saħansitra, għamel domanda Parlamentari fejn qal li l-Kummissjoni Ewropea għandha tħares lejn dak li qed jiġri f’pajjiżna. Dan għax skont hu s-saltna tad-dritt hija mhedda.

Lill-Kummissjoni Ewropea mar jgħidilha li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu pożizzjoni li hi kompromessa u talabha biex issegwi dak li qed jiġri f’pajjiżna. Iżda, t-tweġiba tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea kienet ċara.

L-allegazzjonijiet li rrefera għalihom David Casa huma suġġett ta’ inkjesti Maġisterjali f’Malta u għalhekk lanqas biss tikkummenta.

Fi kliem ieħor l-inkjesti maġisterjali għandhom jitħadmu fil-kwiet u mingħajr pressjoni, mhux kif qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista.

“Hija l-politika tal-Kummissjoni Ewropea li ma tikkummentax fuq inkjesti u investigazzjonijiet individwali li jkunu għaddejjin,” qal Timmermans.

Ftit hemm dubju li wara tant snin fil-Parlament Ewropew David Casa jaf sew ir-regoli tal-Kummissjoni Ewropea. Iżda, din kienet waħda mill-ħafna tentattivi tal-aħħar xhur bil-għan li ssir pressjoni fuq pajjiżna b’rabta mal-Panama Papers.

Pressjoni li l-Partit Nazzjonalista prova juża biex jipprova jieħu gwadann elettorali. Iżda, għal darb’oħra din sfumat fix-xejn u din id-darba kien il-Viċi President tal-Kummissjoni Timmermans li bagħat ‘l hemm lil David Casa.

Niżvelaw email ta’ Tonio Fenech… 2,000 kelma iebsa lil Simon Busuttil

L-eks Deputat Nazzjonalista Tonio Fenech, kiteb email iebsa lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil u l-membri kollha tal-grupp parlamentari. Fiha tefa’ dawl ġdid għaliex ma kkontestax l-elezzjoni ġenerali u l-mod kif imxew l-affarijiet fil-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil.

Saħansitra wasal biex qal li ma kkontestax l-elezzjoni ġenerali għax irealizza li li jikteb f’gazzetta kellu iktar saħħa milli kieku baqa’ fil-grupp parlamentari nazzjonalista. “Fl-aħħar erba’ snin il-Partit Nazzjonalista kiseb arti kif isikket lil dawk bi ħsibijiet differenti, mhux bid-djalogu u l-konvinzjoni, imma bil-manuvri li jipposponi d-diskussjoni,” kiteb Tonio Fenech f’email li l-kontenut tagħha huwa ppubblikat b’mod sħiħ hawn taħt.

Żied jgħid li kien hemm drabi fejn il-pożizzjoni tal-partit kienet ikkomunikata bi tħabbiriet fil-media li ma kienux diskussi mal-grupp parlamentari.

Minn hemm il quddiem Fenech jikteb dwar diversi temi.

Aqra aktar

Muscat: Nirnexxu jekk kull ċittadin jitħalla jwettaq il-ħolma tiegħu

 

Il-Prim Ministru emfasizza li Malta tirnexxi jekk iċ-ċittadini tagħha jitħallew iwettqu l-ħolm tagħhom. Meta inawgura l-monument tal-fjamma fi Pjazza Kastilja, f’ċerimonja li mmarkat il-kisbiet li għamlet Malta tul l-istorja, Joseph Muscat ta ġieħ lill-Maltin kollha li taw is-sehem tagħhom biex illum qed ngħixu dan iż-żmien. “Qed niftakru f’dawk kollha li ħolmu l-ħolma Maltija. Id-dmir tagħhna u li l-ġamar li qabdu ta’ qabilna nikkurawh ħa jaqbad iktar,” qal il-Prim Ministru.Aqra aktar

Il-Presidenza mil-lenti ta’ ġurnalisti bbażati Brussell

 

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qed tkun analizzata minn għadd ta’ ġurnali barranin li fl-aħħar jiem taw il- verdett tagħhom dwar dak li nkiseb tul is-sitt xhur li Malta għamlet fit- tmun. Ż̇ewġ ġurnalisti influwenti bbażati Brussell li jaħdmu ma’ tnejn mill-iktar aġenziji importanti għar-rapportaġġ dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal- Unjoni Ewropea, kellhom opinjonijiet ċari ħafna dwar il-Presidenza Maltija.Aqra aktar

Vot ħieles demokrazija vera – Edwin Vassallo

Id-Deputat Nazzjonalista, Edwin Vassallo, ta indikazzjoni ċara li hu fost dawk li dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ irid vot ħieles. Ftit sigħat wara li fil-Parlament tkellem dwar kif deputat parlamentari għandu jitħalla jkun onest, xerred artiklu fuq Facebook fejn kien hemm l-aħbar li l-Ġermanja approvat iż- żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Aqra aktar

Il-Kap żied il-pagi tal-klikka bi 11%

L-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista żiedet bi 11% il-pagi tagħha tul is-sena li għaddiet. Dan jirriżulta minn analiżi li analisti finanzjarji għamlu tal-kontijiet tal-Partit Nazzjonalista ppreżentati lill-Kummissjoni Elettorali. L-analiżi kienet ippubblikata fil-gazzetta KullĦadd.Aqra aktar

Delia jikkonferma l-kandidatura; l-establishment tal-PN iridu

Adrian Delia ikkonferma li se jkun kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. L-avukat, magħrufiċ- ċrieki tal-PN, huwa kandidat favorit mal-establishment tal-Partit Nazzjonalista speċjalment jekk tibqa’ ma tridx tikkontesta l-MEP Roberta Metsola.

Dan it- tagħrif mill-qalba tal-PN kien ikkonfermat fl-aħħar sigħat u hu stess ikkonferma l-kandidatura ma’ midja oħra. Dan wara li iktar kmieni din il-ġimgħa, ONE NEWS żvela li Delia kien qed jikseb l-appoġġ tal-istamperija, b’uħud jgħidu li l-partit m’għandux soluzzjoni aħjar. Delia, president tat-tim tal- futbol ta’ Birkirkara, mhux Deputat Parlamentari u fost oħrajn mistenni jkollu fit-tellieqa miegħu lid- Deputat Għawdxi Chris Said.Aqra aktar

ADRIAN DELIA WARA ROBERTA METSOLA

Jekk Roberta Metsola tiddeċiedi li ma tikkontestax it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap preżenti, Simon Busuttil u l-establishment se jħeġġu biex jikkontesta u jappoġġjaw lill-avukat Adrian Delia.

Dan anke jekk bħal Metsola għandu l-problema li mhux membru tal-Parlament Malti.

Ma’ Metsola din kienet se tissolva billi f’każ li tkun maħtura kap, Simon Busuttil jieħu s-siġġu tagħha għax ma ssirx elezzjoni każwali u jkun coopted u l-istess tgħamel hi bis-siġġu tiegħu biex issib postha fil-parlament Malti.  Aqra aktar

Send this to a friend