Aleander Balzan | One News - Part 6

Aleander Balzan

F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Notifiki

Fl-istamperija rrabjati għal Frank Portelli

Frank Portelli, kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, u t-tmexxija tal-partit bħalissa jinsabu f’konfront dirett bejniethom wara li Frank Portelli mhux qed iżomm lura milli jikkritika bl-aħrax u fil-miftuħ it-tmexxija ta’ Simon Busuttil u dawk ta’ madwaru.Aqra aktar

Kap PN: Online Poll spiċċa għand il-pulizija

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika ‘online’ li kien qiegħed isir minn The Malta Independent spiċċa għand il-pulizija wara li qed jingħad li kien ‘hacked’ minn nies li jappoġġjaw lil Chris Said biex il-kandidat minn Għawdex jingħata vantaġġ fuq Adrian Delia, li f’dan l-istħarriġ kien ras imb ras miegħu.

Aqra aktar

Debono lest iċedi s-siġġu lil Delia… fi ftehim li jinkludi lil martu

Id-Deputat Nazzjonalista Jean-Pierre Debono ftiehem mal-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li jekk kemm-il darba Delia jinħatar kap tal-Partit Nazzjonalista, Debono jċedilu s-siġġu Parlamentari. Żvelat dan il-gazzetta KullĦadd dalgħodu li nnotat kif Debono kien elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-aħħar elezzjoni ġenerali mis-seba’ distrett elettorali.Aqra aktar

Maġistrat jordna tfittxija madwar il-pajjiż

Il-Qorti ordnat lill-Pulizija jfittxu koppja Maltija madwar Malta kollha biex ikunu avżati jidru quddiem il-Qorti.

Dan wara li l-Pulizija fallilet milli tinnotifika lill-koppja Dimech biex jitilgħu l-Qorti għal għaxar darbiet u għalhekk il-każ ilu jkun pospost minn Frar tas-sena li għaddiet. Aqra aktar

URĠENTI ĦAFNA! Hemm bżonn id-demm

Il-Bank tad-Demm kellu jerġa’ jagħmel appell urġenti fi ftit sigħat. Dan għax ir-riserva tad-demm mhix dik ideali u fil-fatt hemm bżonn urġenti ta’ donazzjonijiet tad-demm partikularment tal-gruppi O positive u A positive.
Aqra aktar

Send this to a friend