Aleander Balzan – Page 2 – One News

Aleander Balzan

F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Notifiki

Il-ħolqien tal-ġid prijorità

Il-prijoritajiet tal-Ewropa għandhom ikunu x-xogħol, il-ħolqien tal-ġid u l-ġustizzja soċjali.  Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, meta f’Madrid attenda għall-Kungress tal-Partit Soċjalista Ewropew. Ma’ mexxejja oħra u l-kandidat tal-Partit Soċjalista Ewropew għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea, il-Prim Ministru ddiskuta x’tip ta’ Ewropa rridu.

Aqra aktar

ARA: Fil-Parlament Ewropew isostnu li Malta eżempju

Sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew dwar l-immigrazzjoni rat tifħir lejn pajjiżna għal mod kif għal darb’oħra, permezz tal-Prim Ministru Joseph Muscat, waslet għal soluzzjoni f’nofs kriżi ta’ immigrazzjoni.  Kien il-Kummissarju Ewropew Dimitris Avrampolous li f’diskussjoni plenarja beda billi tkellem dwar Malta.Aqra aktar

Ixtri l-biljetti tiegħek għall-kunċert “Tema 79”

L-1979. Sena ta’ ġrajjiet storiċi. Margaret Tatcher saret Prim Ministru tar-Renju Unit, iċ-Ċina daħlet il-liġi ta’ wild wieħed għal kull familja u fid-deżert Sahara għamel is-silġ. Anke f’Malta ġraw ġrajjiet li jibqgħu mfakkra għal dejjem. L-aħħar bastimenti u suldati Ingliżi telqu mill-portijiet tagħna biex Malta kisbet il-Ħelsien sħiħ.Aqra aktar

L-investigazzjoni dwar Delia żiedet l-inkwiet fl-Oppożizzjoni

Investigazzjoni tal-Pulizija żvelata mit-Times of Malta b’rabta ma’ rwoli li kellu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, reġgħet żiedet l-inkwiet fi ħdan l-Oppożizzjoni. S’issa l-iktar li ħarġu fid-deher huma l-battibekki jaħarqu bejn uħud fil-Partit Nazzjonalista u ż-żewġ deputati tal-Partit Demokratiku. Iżda, mhumiex uniċi.  Aqra aktar

Send this to a friend