Aleander Balzan – Page 10 – One News

Aleander Balzan

F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Joseph Muscat b’27,560 ‘one’

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, kiseb 27,560 vot tal-ewwel preferenza fuq iż-żewġ distretti li kkontesta. Mit-tieni distrett kiseb 14,674 u mill-ħames distrett elettorali kiseb 12,886 vot tal-ewwel preferenza. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kiseb 20,655 vot tal-ewwel preferenza fuq iż-żewġ distretti li kkontesta li huma l-ħdax u t-tnax -il distrett elettorali.

Aqra aktar

LEAK MILL-PN: NIPPUBBLIKAW ID-DISKORS TA’ SIMON BUSUTTIL QABEL JITKELLEM  

one.com.mt jista’ jiżvela d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, siegħa qabel illejla jitkellem fuq il-Fosos. Tul il-ġimgħat tal-kampanja elettorali u t-tmexxija ta’ Simon Busuttil konna qed nirċievu tagħrif minn persuni fil-qalba tal-istrateġija tal-Kap tal-Oppożizzjoni u d-diskors tal-lejla hu biss wieħed minn ħafna. Din id-darba għażilna li nippubblikawh b’mod sħiħ.

Il-leak jixhed il-kriżi li għandu Simon Busuttil fil-Partit Nazzjonalista. Id-diskors sħiħ jidher hawn taħt.

Aqra aktar

ID-DIBATTITU JIKKONFERMA: GĦAŻLA ĊARA FIT-3 TA’ ĠUNJU

Fl-aħħar dibattititu tax-xandir bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qabel l-elezzjoni ġenerali, ħarġet bl-aktar mod ċar l-għażla li l-poplu għandu quddiemu fit-tlieta ta’ Ġunju.

Jew Prim Ministru pożittiv bi pjan konkret li jwassalna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna, jew Kap tal-Oppożizzjoni dgħajjef maħtuf ostaġġ mill-forzi konservattivi u l-koalizzjoni tal-konfużjoni.Aqra aktar

Tislima għal Giovanna Debono fil-mass meeting tal-PN

Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, kellu tislima speċjali għall-eks Ministru Giovanna Debono meta kien qed jindirizza mass meeting tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex. Biex hekk sal-aħħar attività tal-istess partit fil-gżira Għawdxija l-eks Ministru baqgħet tieħu promoninenza u tifħir speċjali. Dan anke jekk żewġha qiegħed il-Qorti akkużat b’rabta ma’ skandlu ta’ xiri ta’ voti b’xogħol imħallas minn fondi pubbliċi magħruf bħala work for votes.

Beppe Fenech Adami ma kienx l-uniku kelliem Għawdex. Tkellmet ukoll Marlene Farrugia, waħda miż-żewġ kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, li wara li kantant “Nazzjonalista, Nazzjonalisti” faħħret il-powerstation tal-BWSC. Bħas-soltu d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, kien wieħed negattiv u rrepeta dak li qal filgħodu. Primarjament li jkeċċi l-investituri tal-Vitals Healthcare Group.Aqra aktar

Intervista ma’ Joseph Muscat; Lejn l-Aqwa Żmien

Ftit jiem biss qabel il-poplu jmur jivvota fl-elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem mal-gazzetta KullĦadd dwar id-deċiżjoni li jsejjaħ elezzjoni għat-3 ta’ Ġunju, il-kampanja elettorali sa issa u l-proposti ewlenin għal-leġiżlatura li jmiss li għandu l-iktar għal qalbu. Din hi l-intervista li dehret dalgħodu. 
Aqra aktar

Moody’s ixxejjen il-kampanja tal-PN dwar korruzzjoni

• Tgħid li Malta għandha istituzzjonijiet sodi
• Pajjiżna f’pożizzjoni aħjar minn pajjiżi oħra

L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Moody’s tat marka High (+) lil Malta fejn għandu x’jaqsam il-kontroll ta’ korruzzjoni.

Fir-rapport annwali tagħha fuq pajjiżna l-aġenzija Moody’s ikkonfermat kif f’Malta m’ hawnx problemi bil-korruzzjoni jew bil-liġi, jew aħjar ir-rule of law.

Dan ir-rapport – magħruf bħala Issuer In-Depth report kien ippubblikat fl-aħħar jiem.

L-esperti ta’ Moody’s isostnu li f’pajjiżna hawn robust policy framework u jgħidu li “Malta’s institutional improvement is also reflected by the relative high ranking in the Worldwide Governance Indicators of the World Bank.”Aqra aktar

REĠA’ BAŻWAR BIL-FLUS

• Busuttil lagħab l-aħħar karta biex ma nkunux nafu l-accounts tal-PN qabel l-elezzjoni ġenerali  

Fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista reġà nqabad f’attentat iddisprat ta’ ħabi. Ħabi ta’ flus bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Mhux dnub tal-abbatini, iżda qerq sfaċċat ta’ partit li f’25 sena ma daħħalx din il-liġi, u li dejjem ħeba l-kontijiet tiegħu.

Bil-liġi tal-finanzjament tal-partiti, kull partit reġistrat irid jgħaddi l-kontijiet tiegħu lill-Kummissjoni Elettorali, wara proċess ta’ verifika indipendenti, sa 4 xhur wara li tagħlaq is-sena finanzjrja. Għall-Partit Nazzjonalista, l-appuntament kien għall-aħħar t’April. Iżda l-kontijiet baqgħu mistura.Aqra aktar

Send this to a friend