Aleander Balzan – One News

Aleander Balzan

F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Notifiki

Nazzjonalisti rrabjati bil-festi tal-Indipendenza

Il-gazzetta KullĦadd uriet kif teżisti rabja kbira fost nazzjonalisti attivi għall-mod kif żviluppaw il-festi tal-Indipendenza din is-sena.

Fejn mhux biss iċċaqalqu minn Fuq il-Fosos għall-quddiem id-Dar Ċentrali, iżda kienu l-iktar festi fqar li jiftakru f’deċenji.

Aqra aktar

David Agius ma jeskludix koalizzjoni

Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, ma eskludix koalizzjoni ma’ partiti iżgħar.

Dan fl-istess ħin li s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli għaddej jgħid kemm kienet ħażina d-deċiżjoni li l-PN jagħmel koalizzjoni ma’ Marlene Farrugia qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Fil-programm In Depth, meta kien qed jidibatti mad-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, id-deputat David Agius ikkonsla li l-Partit Nazzjonalista huwa t-tieni l-ikbar partit.

Qal li “Jekk tara d-distakk bejn il-PN u l-partiti l-oħrajn hemm distakk enormi. L-ikbar partit Norman Lowell.”Aqra aktar

Kandidati tal-PL għall-Kunsilli Lokali li għandhom diżabbiltà determinati li jgħinu l-lokalitajiet tagħhom

Id-diżabbiltà tista’ tpoġġi numru ta’ sfidi. Iżda d-determinazzjoni twassal biex dak li jkun xorta waħda jaħdem biex iwettaq il-ħolm tiegħu u saħansitra tal-komunità ta’ madwaru. Il-Partit Laburista għandu ħames kandidati b’diżabbiltà għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li ġejjin.

F’ikla mas-Sinjura Michelle Muscat u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Dr Randolph De Battista, il-ħames kandidai ddiskutew l-aspirazzjonijiet għal-lokalità tagħhom. Ma qagħdux lura milli jsemmu dak li jista’ jkun ta’ sfida fil-ħidma tagħhom, iżda daqstant ieħor dehru determinati li jirnexxu.  Aqra aktar

Send this to a friend