Abraham Abela | One News - Part 7

Abraham Abela

Notifiki

Se tirritorna €3 miljun

La Scala, binja fejn isiru l-opri fl-Italja, se tirritorna lura tliet miljun ewro lill-Arabja Sawdija, wara li pjan ta’ finanzjament mal-istess pajjiż wassal għal ħafna kritika mill-pubbliku.

Il-ftehim kien se jippermetti lill-Ministru Sawdi tal-Kultura jkollu siġġu fuq il-bord.

Aqra aktar

Mhux se ssemmi ismu

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern wegħdet li qatt ma tgħid isem l-aggressur li wettaq l-attakki fil-moskej f’Christchurch.

Waqt indirizz emozzjonali fil-Parlament ta’ New Zealand, Ardern qalet li l-aggressur ried li, fost oħrajn, jibqa magħruf bl-att terroristiku li wettaq.

Aqra aktar

Tiġġarraf binja li fiha kien hemm skola

Minn tal-inqas tmient itfal mietu u ħafna oħrajn huma maħsuba li għadhom maqbuda fit-tiġrif ta’ binja li fih kien hemm skola fil-belt Niġerjana ta’ Lagos.

L-iskola, li kienet fuq nett fit-tielet sular kellha iktar minn mitt tifel u tifla.

Madwar erbgħin tifel u tifla inħarġu ħajjin, hekk kif ħaddiema tas-salvataġġ għaddejjin b’ħidma kontra l-ħin fit-tfittxija għall-kumplament.

Għadu mhux magħruf il-kawża tat-tiġrif.

Il-Kardinal Pell jintbagħat 6 snin ħabs

Il-Kardinal George Pell intbagħat sitt snin ħabs wara li nstab ħati ta’ b’abbuż sesswali fuq żewġ subien fl-Awstralja.

L-eks teżorier tal-vatikan huwa l-iktar figura għolja fil-Knisja Kattolika li nstab ħati ta’ reati sesswali kontra tfal.

Il-ġurati sabu li Pell abbuża miż-żewġ subien ta’ tlettax-il sena f’Katidral f’Melbourne fl-1996.

Il-kardinal, li għandu 77 sena, baqa jinsisti l-innoċenza tiegħu u fetaħ appell.

Stennija għal deċiżjoni oħra fuq Brexit

Il-membri parlamentari Ingliżi se jivvutaw fit-tmienja ta’ llejla fuq jekk iwaqqfux lir-Renju Unit milli jitlaq mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim iktar tard dax-xahar.

Dan il-vot jgħodd biss għad-data ta’ skadenza tad-disgħa u għoxrin ta’ Marzu, u ma jneħħix il-possibilta ta’ ħruġ mingħajr ftehim jekk il-Parlament ma jsibx ftehim fuq it-triq ‘il quddiem.Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li hija tifhem il-vuċi ta’ pajjiżha fuq Brexit, minkejja li leħinha mhux b’saħħtu għax tinsab maħnuqa. Insistiet li r-Renju Unit jista jitlaq mill-Unjoni Ewropea bi ftehim tajjeb, u qalet li se tivvota kontra ħruġ mingħajr ftehim. Wissiet lill-membri parlamentari li kellhom għażliet iebsa x’jagħmlu hekk kif il-ftehim tagħha kien rrifjutat għat-tieni darba.

Dan filwaqt li l-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn appella lill-Prim Ministru biex tbiddel id-direzzjoni wara t-telfa tat-Tlieta filgħaxija. Qal li l-ftehim kien irrifjutat b’mod deċiżiv.

In-negozjatur ewlieni Michel Barnier qal li l-Unjoni Ewropea ma setgħetx tagħmel iktar milli diġa għamlet biex tipprova tipperswadi lill-membri parlamentari Ingliżi.

 

Send this to a friend