Abraham Abela | One News - Part 5

Abraham Abela

Notifiki

Jista’ jkun hemm summit ieħor bejn Trump u Kim

Il-midja tal-istat qalet li wara ż-żjara sorpriża fiċ-Ċina, il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un telaq bl-appoġġ tal-possibilità ta’ tieni summit mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Trump u Kim iltaqgħu f’Ġunju li għadda, iżda l-progress fuq id-denuklearizzazzjoni waqaf.

L-aġenzija tal-aħabrijiet Xinhua qalet li l-President Ċiniż Xi Jinping qal li qed jittama li ż-żewġ mexxejja jiltaqgħu nofs triq.

Iċ-Ċina hija l-ikbar alleat tal-Korea ta’ Fuq u msieħeb kruċjali fin-negozju.

Sitwazzjoni mwiegħra fil-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista irid jiddeċiedi t-triq ‘il quddiem. Dan jisħqu l-editorjal tal-ġurnal The Times of Malta fil-jum tat-Tlieta, fejn saħaq li l-kumitat eżekuttiv tal-istess Partit m’għandux jitlef iktar ħin sabiex jiddiskuti, u iktar minn hekk, jiddeċiedi fuq it-triq ‘il quddiem.

Dan fid-dawl tal-allegazzjonijiet serji li sar b’rabta mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u l-istraġi li jinsab fiha. L-editorjal itenni li Delia għandu jirriżenja jew jissospendi lilu nnifsu mill-attivitajiet kollha tal-Partit sakemm is-sitwazzjoni ssir iktar ċara. Sitwazzjoni li żviluppat minħabba diversi allegazzjonijiet u l-fatt li jinsab investigat b’rabta ma’ każ ta’ ħasil ta’ flus li ġejjin mill-prostituzzjoni.Aqra aktar

300 suldat Brażiljan b’azzjoni kontra l-vjolenza

Mat-300 suldat intbgħatu fil-belt Brażiljana Fortaleza sabiex jindirizzaw iż-żieda fil-vjolenza kriminali.

Is-suldati se jgħassu l-belt u l-istat ta’ Ceara bil-għan li jwaqqfu l-attakki fuq ħwienet, banke u karozzi tal-linja.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja ordna dan l-iskjeramnet speċjali wara li tul dil-ġimgħa kien hemm għexieren ta’ attakki.

Dawn saru bħala protesta kontra miżuri ġodda u iktar ħarxa fil-ħabsijiet lokali, li huma kkontrollati minn gruppi kriminali.

Theresa May b’appell għall-appoġġ dwar il-pjan Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż ħeġġet lill-membri parlamentari biex jappoġġjaw il-ftehim Brexit, u qalet li huwa l-unika mod li jkun onorat ir-riżultat tar-referendum u tkun protetta l-ekonomija.

Kitba tagħha ppubblikata f’gazzetta fil-jum tal-Ħadd, May qalet li l-kritiċi tagħha, kemm dawk favur u dawk kontra Brexit, qed jirriskjaw li jagħmlu ħsara lid-demokrazija jekk jopponu l-pjan tagħha.

Iżda stħarriġ li sar għal kampanja People’s Vote wera li inqas minn persuna waħda minn erba votanti jappoġġjaw il-ftehim Brexit ta’ May.

Il-membri parlamentari se jkunu qed jivvutaw fuq jekk humix favur jew kontra l-pjan ta’ May il-ġimgħa d-dieħla. Ir-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu, irrelevanti jekk ikunx hemm ftehim mal-Unjoni Ewropea jew le.

Se jkunu infurmati bid-divorzju b’messaġġ biss

Liġi ġdida fl-Arabja Sawdija mistennija twaqqaf li n-nisa Sawdi ma jkunux jafu fuq id-divorzju tagħhom.

Mill-jum tal-Ħadd, il-Qorti hija obligata li tinforma lin-nisa permezz ta’ messaġġ fuq il-mowbajl dwar deċiżjonijiet li jikkonfermaw id-divorzji.

Avukati nisa lokali qalu li din il-miżura se twaqqaf dawk magħrufa bħala divorzji sigrieta, fejn l-irġiel itemmu ż-żwieġ mingħajr ma jgħidu lill-mara.

Id-direttiva se tassigura li n-nisa jkunu konxji tal-istat ċivili tagħhom u jistgħu jipproteġu drittijiet bħalma hu l-manteniment.

Pulizija jmut wara li prova jżarma bomba fil-Kajr

Pulizija inqatel waqt li kien qed jipprova jżarma bomba li kienet viċin knisja Kristjana Kopta fl-Eġittu.

Mustafa Abid kien irrappurtat li kien jispeċjalizza fit-tneħħija tal-bombi. L-isplużjoni weġġgħet żewġ uffiċjali oħra u persuna li kien qed isegwi x’kien qed jiġri.

L-apparat kien wieħed minn tnejn li kienu moħbija f’baskett fuq bejt ħdejn il-knisja f’Nasr City ‘il barra mill-Kajr.

Dan l-attakk seħħ jumejn wara li l-Kristjani fl-Eġittu ċċelebraw il-Milied. S’issa l-ebda grupp ma refa’ r-responsabbilità tal-attakk.

“Kemm ilni nagħmel xogħol volontarju, aktar ħadt milli tajt”- Voluntiera fl-Isptar Mater Dei

Waqt li kulma jmur aktar pazjenti qed jidħlu l-isptar minħabba l-influwenza, madwar 200 voluntier qed ikunu ta’ spalla għal bosta pazjenti fl-Isptar Mater Dei. Fil-fatt huma jagħmlu mat-tlett elef siegħa kull xahar f’ħidma volontarja fl-Isptar.

Dan permezz ta’ VolServ, inizjattiva li ilha għaddejja għal 12-il sena u hija mmexxija minn SOS Malta.

Eluf ta’ volontiera ġew u marru, b’VolServ għandha task force ta’ ta’ bejn mija u tmenin u mitejn volontier attivi f’ħafna mid-dipartimenti kollha mifruxa mal-isptar.Aqra aktar

Il-Gvern jagħti €10,000 lis-Soċjetà Mużikali San Girgor biex issir aktar aċċessibbli

Ftehim bejn il-Gvern u s-Soċjetà Mużikali San Girgor ta’ Tas-Sliema wassal biex l-istess għaqda mużikali tirċievi €10,000 mill-Fond ta’ Kontinġenza għall-għaqdiet volontarji. B’dawn il-flus, is-Soċjeta Mużikali San Girgor se tinstalla glass cladding madwar il-lift sabiex ikun jista’ jintuża u b’hekk tiżdied l-aċċessibiltà għal persuni b’diżabilità.Aqra aktar

Send this to a friend