Abraham Abela | One News - Part 32

Abraham Abela

Notifiki

Investiment ta’ €1.3 miljun u ħolqien ta’ 70 impjieg

Il-kumpanija Ġermaniża Metallform se tinvesti €1.3 miljun u se toħloq 70 impjieg ġdid f’Malta.

Kuntenti bis-sitwazzjoni ekonomika f’pajjiżna u bil-ħaddiema Maltin, il-kumpanija kompliet tinvesti. Filwaqt li f’Jannar infetħet estensjoni tal-fabbrika oriġinali li hemm f’Ħal Far, bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-bini ta’ fabbrika ġdida.

Metallform f’Malta tagħmel drippijiet speċifiċi għal trabi li jitwieldu qabel iż-żmien. Issa daħlu wkoll fis-suq tal-onkoloġija u qed jagħmlu drippijiet għal dawn il-pazjenti wkoll.

Aqra aktar

Imsewwi r-recorder tat-titjijra tal-EgyptAir li ġġarrfet

Investigaturi Eġizzjani qalu li ssewwa r-recorder tal-ajruplan tal-EgyptAir li ġġarraf ix-xahar li għadda. It-tiswija fuq ir-recorder saret fi Franza, wara li sofra diversi ħsarat.

Dalwaqt tibda l-ħidma fuq ir-recorder tal-vuċi li kien hemm fil-kabina tal-Airbus A320. Dan sabiex esperti janalizzaw l-informazzjoni li tista tagħti spjegazzjoni għal x’wassal biex l-ajruplan jiġġarraf.

Aqra aktar

Estradit għat-tieni darba – akkanit iżżejjed fil-football!

L-awtoritajiet Franċiżi keċċew lil mexxej tal-partitarji Russi Alexander Shprygin għat-tieni darba. Il-Ministru Franċiż tal-Intern qal li huwa tpoġġa fuq titjira minn Pariġi lejn Moska t-Tlieta filgħaxija.

Shprygin kien diġa ġie estradit is-Sibt, ġimgħa wara l-ġlied li kien hemm fil-logħba tal-Euro 2016 bejn l-Ingilterra u r-Russja. Madanakollu, huwa vjaġġa lejn Spanja bl-ajruplan u wasal Franza b’karozza, u kien arrestat waqt il-logħba Russja kontra Wales.

Aqra aktar

Il-protagonisti ta’ Grupp A

Bil-logħob tal-EURO 2016 jibda llejla, one.com.mt se jkun qiegħed jagħti ħarsa lejn it-timijiet li jidħlu fl-azzjoni. Dan b’dettalji dwar kull grupp ma’ kull jum li jibda l-logħob mill-istess grupp. Hekk kif illejla tintlagħab il-logħba bejn Franza u r-Rumanija, dawn huwa l-isfond tat-timijiet li se jieħdu sehem fi grupp A.

Aqra aktar

Dalwaqt tibda edizzjoni storika… għall-ewwel darba b’24 pajjiż

Ninsabu fuq l-għatba tal-ħmistax-il edizzjoni tal-kampjonat tal-Euro, it-tielet wieħed li se jkun qed isir fi Franza.

F’xahar sħiħ se jintlagħbu total ta’ wieħed u ħamsin logħba f’għaxar grawnds differenti, bil-finali ssir fl-għaxra ta’ Lulju f’Stade de France, l-istess grawnd li se jospita l-logħba tal-ftuħ bejn Franza u r-Rumanija.

Aqra aktar

Politiku Taljan jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku

Il-Membru Parlamentari Ewropew Taljan Gianluca Buonanno, li jirrappreżenta l-Lega Nord, miet il-Ħadd wara nofsinhar. Dan wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Gorla Maggiore fil-provinċja ta’ Varese.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li, għal ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar, il-karozza li fiha kien hemm il-politikant ta’ ħamsin sena ħabtet ġo karozza oħra li fiha kien hemm tliet persuni.

Aqra aktar

Send this to a friend