Abraham Abela | One News - Part 3

Abraham Abela

Notifiki

Qed jikkunsidraw il-pass li jmiss

Is-Soċjalisti Spanjoli qed jikkunsidraw il-pass li jmiss wara li fallew milli jirbħu maġġoranza fl-elezzjoni ġenerali tal-Ħadd li għadda.

Il-partit ta’ Pedro Sanchez rebaħ l-elezzjoni b’disgħa u għoxrin fil-mija tal-votazzjoni.

Iżda hemm bżonn li jissieħeb mal-partit xellugi Podemos u partit reġjonali oħra jew maċ-ċentru lemini jekk jiddeċiedi li jifforma gvern ta’ koalizzjoni.

Madanakollu, id-Deputat Prim Ministru Soċjalist Carmen Calvo qalet f’intervista fuq ir-radju li l-partit se jipprova jigverna waħdu.

Ċiklun ieħor jolqot lil Mozambique

Iċ-Ċiklun Kenneth laqat lit-Tramuntana ta’ Mozambique, pajjiż li għadu qed jirkupra minn maltempata kbira oħra. Iċ-ċiklun ġab miegħu irwiefen b’veloċità ta’ 210km s-siegħa, u diġà qatel tliet persuni fuq il-gżira ta’ Comoros. L-Istitut Nazzjonali tal-Immaniġjar tad-Diżastru qal li 30,000 persuna ġew evakwati miż-żoni li hemm ċans kbir li jintlaqtu.

Ix-xahar li għadda, iċ-Ċiklun Idai ikkawża mijiet ta’ mwiet fir-reġjun. Fil-fatt, iktar minn 900 persuna mietu meta l-maltempata ġabet qerda sħiħa f’Mozambique, Malawi u Zimbabwe.

Jonqos għal 253 in-numru ta’ persuni li nqatlu fis-Sri Lanka l-Ħadd li għadda

Il-President ta’ Sri Lanka qal li l-allegat moħħ wara l-bombi suwiċida li seħħew f’Ħadd il-Għid f’Sri Lanka nqatel fl-istess attakki. Intqal li Zahran Hashim, predikatur radikali, miet fil-lukanda Shangri-La fil-kapitali Colombo.

Jidher li Hashim mexxa l-attakk fuq il-lukanda popolari ħafna mat-turisti, akkumpanjat minn aggressur ieħor identifikat bħala Ilham. Intant, il-pajjiż irreveda ‘l isfel in-numru ta’ nies li nqatlu waqt l-isplużjonijiet li seħħew il-Ħadd li għadda. In-numru tnaqqas b’iktar minn 100, bil-Ministeru għas-Saħħa jgħid li n-numru issa huwa għal madwar 253.L-istess Ministeru weħħel fi żball li sar waqt il-kalkulazzjoni u d-diffikulta li jkunu identifikati l-vittmi.

Numru kbir ta’ nies inqatlu u mijiet oħra weġġgħu meta bombi suwiċida splodew f’lukandi u knejjes f’Colombo, Negombo u Batticaloa. Il-maġġoranza ta’ dawk maqtula kienu minn Sri Lanka, iżda għexieren ta’ barrannin kienu fost dawk milquta.

Macron b’wegħdiet ġodda biex jagħti risposta lil min kien qed jipprotesta

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ta risposta lill-moviment tas-sdiri soforb’wegħdiet ta’ tnaqqis fit-taxxa, pensjonijiet ogħla u riforma fis-servizz ċivil. Minkejja li insista li jrid jerġa jkun hemm l-ordni, huwa rrikonoxxa n-nuqqas ta’ fiduċja fl-establishment.

Il-protesti, li kemm-il darba kienu vjolenti, bdew f’Novembru dwar żidiet fil-prezzijiet tal-fjuwil, iżda twessgħu għal diversi ilmenti fuq l-inugwaljanza ekonomika. Macron sostna li kien se jżomm mar-riformi tiegħu. Id-diskors kien skedat għal ħmistax t’ April, iżda kien pospost wara li l-Katedral Notre-Dame inħakem min-nirien.

Il-President Franċiż irrikonoxxa li fil-qalb tal-moviment kien hemm talbiet ġusti.

Tnejn arrestati b’rabta ma’ serq minn karozzi f’Delimara u St. Peter’s Pool

Żewġ persuni ġew arrestati b’rabta ma’ serq minn diversi vetturi fl-inħawi ta’ Delimara u Saint Peter’s Pool.

Il-Pulizija tad-Distrett għamlet l-arresti wara diversi jiem ta’ investigazzjoni, u waqt tfittxija f’vettura li kienu qed jużaw, instabu diversi oġġetti misruqa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, filwaqt li ż-żewġ persuni mistennija jittressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Iż-Żwieten jiċċelebraw San Girgor

Il-festa ta’ San Girgor hija waħda mit-tradizzjonijiet li baqgħu ħajjin mal-Maltin b’mijiert jerħulha lejn ir-raħal tas-sajjieda ta’ Marsaxlokk li llum kien maħnuq bin-nies biex jiċċelebraw din il-festa tradizzjonali li ssir l-Erbgħa wara l-Għid il-kbir.

Kmien l-Erbgħa filgħodu Misraħ biswit il-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun kien mimli attività bi tradizzjonijiet antiki. Fuq il-post sibna ċorma tfal jilagħbu logħob folkloristiku Malti, u ma naqasx il-kant tal-għannejja.

One News tkellem ma’ Frances Tabone, u b’nostalġija ddeskriviet x’kien isir fil-passat.

“Induru kull dak li jkun hemm għall-bejgh, innaqru u nagħmlu, kulħadd bil-ħob biz zejt u ftajjar, nilgħabu naqa tombla, ikollna t-tfal magħna jaqbżu l-baħar, kedda sħiħa li jtuna. Hekk konna nqattgħuha l-ġurnata sħiħa. nilgħabu l-karti, konna niltaqgħu ħafna.”

Frances qaltilna li għalkemm il-festa m’għadhiex kif kienet xorta waħda tibqa’ għall-qalb iż-Żwieten li jerħula lejn Marsaxlokk sa minn figlħodu biex jilagħbu t-tombla u jieklu xi ħaġa tajba.

Il-festa ta’ San Girgor hija marbuta mal-ewwel għawma tas-sena. Iżda fis-sagħtejn li għamilna f’Marsaxlokk ħadd m’ażżarda jmidd riġlejh fil-baħar minħabba t-temp imsaħħab u t-temp ċlampu.

Inant aktar kmieni matul il-jum, tnediet it-tnax-il edizzjoni tal-Għanafest, bil-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici jispjega x’qed isir biex jissaħħu t-tradizzjonijiet.

“Bl-għajnuna ta’ ħidma mal-kurja għax hija festa reliġjuża fil-verita, stajna nagħmlu ċelebrazzjonijiet zgħar propju fil-post fejn din il-festa isehħħ jiġifieri fiż-Żejtun. U nużawha wkoll din l-opportunita biex inħabbru l-kalendarju tal-Għanafest, li normalment isir ftit ġimgħat wara l-festa ta’ San Girgor

Id-Direttur Aritistiku Tiziana Calleja qalet li l-għana fest ta’ din is-sena se jara s-sehem ta’ bands lokali u internazzjonali.

“Importanti li tippjana u tara kif b’mod edukattiv se tnibbet terġgħa dawn it-tradizzjonijiet li forsi xi kultant nieħdu for granted jew forsi qegħdin imutu maż-żmien li ndaħħluhom per eżempju fi skejjel fejn it-tfal ħa jkunu qegħdin jitgħallmu fuqhom dawn. Allura mbagħad il-festival se jieħu żvolta differenti.”

Il-festival ta’ dis-sena se jsir fl-għoxrin u l-wieħed u għoxrin ta’ Ġunju, u se jara taħlita ta’ elementi.

 

 

Manifest elettorali għal kull lokalità

Waqt il-kampanja elettorali li għandha twassal għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali fil-ħamsa u għoxrin ta’ Mejju li ġej, il-Partit Laburista se jkun qed joħroġ b’numru ta’ proposti għal kull lokalita.

Dan ħabbru l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt l-ewwel programm 25/05 li xxandar fuq One it-Tnejn filgħaxija.

Aqra aktar

Send this to a friend