Abraham Abela | One News - Part 22

Abraham Abela

Notifiki

14-il ambaxxata f’attività waħda

Il-Ħadd filgħaxija ttelgħet b’suċċess l-attività Connecting Through Culture.

Attività li saret fil-Yacht Marina ta’ Ta’ Xbiex, u kienet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-istess lokalità flimkien ma’ erbatax-il ambaxxata.

Din l-attività għaqqdet nies ta’ nazzjonalità differenti permezz tal-kultura.

Aqra aktar

Spanja se jkollha liġi ġdida fuq il-kunsens sesswali

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez qal fil-Parlament Spanjol li l-Gvern tiegħu se jintroduċi liġi ġdida fuq il-kunsens sesswali sabiex jitneħħew l-ambigwitajiet f’każijiet ta’ stupru.

Huwa u jħabbar il-miżuri, Sanchez qal li sess mingħajr kunsens espliċitu se jkun ikkunsidrat bħala stupru. Il-liġi se tkun simili għal dik li daħlet fis-seħħ fl-Isvezja dax-xahar stess.

Dal-pass qed isir wara li seħħ attakk sesswali fuq mara waqt il-festival famuż tal-barrin San Fermin f’Pamplona.

F’każ li qajjem ħafna rabja fi Spanja kollha, ħamest irġiel, li jsejħu lilhom infushom bħala l-grupp tal-lupi, instabu ħatja li attakkaw sesswalment mara fl-2016 iżda ġew meħlusa mill-akkużi ta’ stupru.

Id-deċiżjoni waslet għal protesti fit-toroq, filwaqt li l-grupp ta’ rġiel qed jappella kontra s-sentenza ta’ disa snin ħabs.

Donald Trump jgħid li uża kelma inqas

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddefenda l-laqgħa li kellu mal-President Russu Vladimir Putin, hekk kif qed ikun ikkritikat bl-aħrax fuq il-prestazzjoni tiegħu.

Fuq Twitter, Trump ikkundanna lil dawk li ma riedux li jmur tajjeb ma’ Putin, u ddeskrivihom bħala nies li jxerrdu l-mibegħda.

Trump sostna li uża kelma inqas waqt konferenza tal-aħbarijiet li kellu ma’ Putin u deher li żamm mal-President Russu dwar l-allegazzjonijiet li saru mis-servizzi Amerikani tal-intelliġenza fuq l-indħil tar-Russja fl-elezzjoni Presidenzjali.

Dak li ntqal minn Trump wassal għal rabja kbira miż-żewġ naħat tal-Kungress Amerikan.

Trump sostna li huwa aċċetta l-valutazzjoni li saret mis-servizzi tal-intelliġenza, iġifieri li r-Russja ndaħħlet.

L-UE u l-Ġappun bi ftehim ta’ suq ħieles

L-Unjoni Ewropea u l-Ġappun iffirmaw wieħed mill-ikbar ftehimiet ta’ suq ħieles, li jkopri kważi terz tal-Prodott Domestiku Gross tad-dinja u sitt mitt miljun persuna.

Fost l-iktar prodotti li huma esportati mill-Unjoni Ewropea lejn il-Ġappun huma dawk tal-ħalib, filwaqt li l-karozzi huma l-iktar esportati mill-Ġappun lejn l-Unjoni Ewropea.

Dan il-pass jikkuntrasta bil-kbir mal-azzjonijiet li ttieħdu mill-amministrazzjoni tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump, li żiedet it-tariffi tal-importazzjoni.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li l-ftehim jemfasizza s-soluzzjonijiet pożittivi li jġib miegħu is-suq ħieles.

Proġett ta’ edukazzjoni alternattiva

Malta, il-Peru, il-Pakistan, Kuba u l-Filippini huma l-ħames pajjiżi li se jgawdu mill-fondi li se jinġabru waqt il-maratona Oħloq Tbissima.

Bejn il-Ġimgħa għoxrin u l-Ħadd tnejn u għoxrin ta’ Lulju, fil-bitħa ta’ Dar San Ġużepp, se tkun qed issir is-sittax-il edizzjoni ta’ dil-maratona, li se ddum sittin siegħa.

One News iltaqa ma’ Dun Louis Mallia, id-Direttur ta’ Dar San Ġużepp u kif ukoll taċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja, fejn spjega proġett partikolari li se jsir f’pajjiżna.

Aqra aktar

Sena mid-dħul tal-liġi taż-żwieġ indaqs : 19-il Unjoni Ċivili jinbidlu fi żwieġ

It-tnax ta’ Lulju elfejn u tmintax immarka sena mindu għaddiet mill-Parlament il-liġi storika taż-żwieġ indaqs. Liġi li biha, unjoni ċivili setgħet tinbidel fi żwieġ.

Fil-fatt, minn statistika li kiseb One News mingħand id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem u Integrazzjoni, jirriżulta li sal-aħħar ta’ Mejju li għadda, minn mitejn u tlett unjoni ċivili rreġistrati fil-gżejjer Maltin, dsatax inbidlu fi żwieġ.

Dan filwaqt li kien hemm għaxar żwiġijiet li seħħew barra minn xtutna u ġew irreġistrati wkoll f’pajjiżna.

Id-Direttur tad-Drittijiet tal-Bniedem u Integrazzjoni Silvan Agius,  spjega kif permezz tal-liġi li għaddiet sena ilu, ir-Reġistru Pubbliku m’għadux jagħmel distinzjoni bejn koppji u għalhekk m’hemmx statistika ta’ kemm minnhom huma tal-istess sess.

“DIL LIGI NEHHIET ID DISTINZJONIJIET LI KIEN HEMM QABEL BEJN RAGEL U MARA FIZ ZWIEG U ALLURA WKOLL BEJN FOROM DIFFERENTI TA KOPPJI. ILLUM KOPPJA TAL ISTESS SESS U TA SESS DIFFERENTI GHANDHA L ISTESS STATUS QUDDIEM IL LIGI U ALLURA MA HEMM EBDA DISTINZJONI BEJNIETHOM DAWN IL FOROM TA KOPPJI”

Il-liġi taż-żwieġ indaqs kompliet tibni fuq il-kisbiet li diġa kien għamel il-Gvern b’liġijiet oħra, bħal dik tal-Unjoni Ċivili, tal-identita tal-ġeneru u ta’ kontra l-prattiċi ta’ konverżjoni.

Bidliet li waslu biex il-komunita LGBTIQ illum il-ġurnata qed tgħix aktar fil-miftuħ, bla ħabi jew mistħija, u minflok, iċċelebrata bħala parti mid-diversita ta’ pajjiżna.

“DIL LIGI GABET BIDLIET IMMEDJATI GHAL DAWK IL KOPPJI KOLLHA LI INGHAQDU FIZ ZWEIG LI QABEL MA SETGHUX JAGHMLU DAN OVJAMENT, IMMA MAGHHOM NGHID JIEN GABET BIDLA WKOLL GHAL DAWK IL PERSUNI L OHRA KOLLHA LI SA D DHUL FIS SEHH TA DIL LIGI KIENU GHADHOM MA JISTGHUX JIZZEWGU U ALLURA LEGALMENT MA KINUX UGWALI GHAL MALTIN L OHRA, BILLI ISSA GABITHOM VERAMENT UGWALI LEGALMENT U ANKE SOCJALMENT”

Send this to a friend