Abraham Abela | One News - Part 20

Abraham Abela

Notifiki

L-Eġittu b’kontrolli akbar fuq l-internet

Il-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi ffirma liġi ġdida li se tissikka l-kontroll fuq l-internet.

Il-leġislazzjoni fuq is-cybercrime ifisser li s-siti elettroniċi jistgħu ikunu bblokkjati fl-Eġittu jekk ikunu kkunsidrati li joffru theddida lis-sigurta nazzjonali jew l-ekonomija.

Aqra aktar

Il-baġit għas-sena d-dieħla se jiffoka fuq il-kwalità

Il-Gvern iltaqa’ mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali b’rabta mal-baġit 2019. Dawn il-laqgħat huma importanti ferm għat-tħejjija tad-dokument finali tal-baġit, hekk kif l-MCESD iressqu ‘l quddiem l-isfidi fis-soċjetà Maltija. Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna spjega kif bħas-snin preċedenti, il-Gvern lest jilqa’ s-suġġerimenti u jikkunsidrahom.Aqra aktar

SR Technics b’investiment ta’ €35 miljun li se joħloq 350 impjieg ġdid

Issiġġiliat il-ftehim li permezz tiegħu, il-kumpanija tal-Avjazzjoni SR Technics se tinvesti ħamsa u tletin miljun ewro biex ikollha hanger ġdid li jesa sitt ajruplani fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi.

Permezz ta’ dan l-investiment, il-kumpanija li tagħmel il-manutenzjoni tal-ajruplani se toħloq tliet mija u ħamsin impjieg ġdid biex sal-aħħar tas-sena d-dieħla, tibda tħaddem aktar minn ħames mitt ħaddiem.

Il-ftehim ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Mario Galea, mill-Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks Karl Azzopardi u ma’ rappreżentant ieħor mill-SR Technics fil-preżena tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona. Il-ftehim jipprovdi li Sr Technics tibni hangar fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi li fih tkun tista’ tagħmel il-manutenzjoni ta’ sitt ajruplani f’daqqa.Aqra aktar

Send this to a friend