Abraham Abela | One News - Part 17

Abraham Abela

Notifiki

Ma jinstabx ħati ta’ traffikar ta’ droga

Il-Qorti tal-Appell biddlet deċiżjoni li kienet sabet ħati lil Carmel Spiteri minn San Ġiljan bi traffikar ta’ droga wara battalja twila 16-il sena li nvolviet tlett appelli, wara li impjegat ammetta li d-droga kienet tiegħu.

Lura fl-2002, il-pulizija kienet sabet 35g trab abajd, li wara rriżulta li kienet kokaina bi tletin fil-mija purità, fil-vann tiegħu.Aqra aktar

L-MFSA tkompli ssaħħaħ il-proċeduri kontra l-ħasil tal-flus

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji kompliet issaħħaħ il-proċeduri tagħha kontra l-ħasil tal-flus bil-publikazzjoni tal-Gwidi dwar Persuni Esposti politikament.

Pass ieħor fl-isforzi tal-istess Awtorità sabiex ittejjeb is-superviżjoni fuq il-ħasil ta’ flus u tindirizza sfidi internazzjonali li ġejjin mill-ħasil ta’ flus.Aqra aktar

Il-Kanadiżi jneħħu ċ-ċittadinanza onorarja lil Suu Kyi

Il-membri parlamentari Kanadiżi ivvotaw b’mod unanimu biex ineħħu ċ-ċittadinanza onorarja tal-mexxej ta’ Myanmar Aung San Suu Kyi.

Il-mozzjoni kienet ir-risposta għall-falliment tagħha li twaqqaf il-persekuzzjoni tal-minoranza Rohingya f’pajjiżha.

Suu Kyi rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1991 għall-isforzi tagħha sabiex iġġib id-demokrazija f’Myanmar, magħruf ukoll bħala Burma, hekk kif il-pajjiż kien immexxi mill-militar.

Rapport tal-Ġnus Magħquda qal li mexxejja militari ta’ Myanmar għandhom ikunu investigati għal ġenoċidju kontra r-Rohingya.

Minn tal-inqas seba mitt elf Rohingya ħarbu l-vjolenza fil-pajjiż fl-aħħar tnax-il xahar.

Send this to a friend