Abraham Abela | One News - Part 16

Abraham Abela

Notifiki

Votanti fl-Afganistan qed jitfgħu il-voti tagħhom fl-elezzjonijiet parlamentari fost sigurtà u theddid mit-Talibani

Iktar minn 2,500 kandidati, inkluż ħafna nisa, qed jikkontestaw għal 250 siġġu.

Iżda iktar minn tletin fil-mija tal-postijiet tal-voti jinsabu magħluqa minħabba tħassib tas-sigurtà. Dan filwaqt li 10 kandidati inqatlu fil-kampanja elettorali.

Sadanittant, il-votazzjoni fil-provinċja Kandahar ittardjat b’ġimgħa wara l-qtil ta’ kap għoli tal-pulizija. It-Taliban refgħu ir-responsabbiltà tal-attakk, li seħħ wara laqgħa importanti fuq is-sigurtà.

L-Air Malta b’mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Assoċjazzjoni tal-Pilota

L-Air Malta fetħet mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Assoċjazzjoni tal-Piloti minħabba diżgwid industrijali li ġie rreġistrat mill-istess unjin.

Wara l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv ġdid f’Jannar ta’ dis-sena, l-Air Malta u l-ALPA kienu f’diskussjonijiet fuq l-interpretazzjoni ta’ diversi partijiet tal-ftehim kollettiv.

Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li l-ALPA qed tinterpreta l-klawżoli b’mod ta’ żvantaġġ u mhux ġust fuq l-Air Malta. Aqra aktar

Send this to a friend