Abraham Abela | One News - Part 15

Abraham Abela

Notifiki

Se jitqajjem aktar għarfien dwar il-konservazzjoni tal-ilma

Tnieda l-Istitut Malti għar-Responsabbilità Soċjali Korporattiva, inizjattiva favur l-użu aktar sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma.

L-inizjattiva tħabbret fiċ-Ċentru Għajn li jagħti informazzjoni għall-Konservazzjoni tal-Ilma Għajn, u għandha l-għan li tkompli twessa’ l-firxa ta’ attivitajiet edukattivi dwar il-konservazzjoni tal-ilma. Aqra aktar

Votanti fl-Afganistan qed jitfgħu il-voti tagħhom fl-elezzjonijiet parlamentari fost sigurtà u theddid mit-Talibani

Iktar minn 2,500 kandidati, inkluż ħafna nisa, qed jikkontestaw għal 250 siġġu.

Iżda iktar minn tletin fil-mija tal-postijiet tal-voti jinsabu magħluqa minħabba tħassib tas-sigurtà. Dan filwaqt li 10 kandidati inqatlu fil-kampanja elettorali.

Sadanittant, il-votazzjoni fil-provinċja Kandahar ittardjat b’ġimgħa wara l-qtil ta’ kap għoli tal-pulizija. It-Taliban refgħu ir-responsabbiltà tal-attakk, li seħħ wara laqgħa importanti fuq is-sigurtà.

Send this to a friend