Abraham Abela | One News - Part 14

Abraham Abela

Notifiki

Żewġ nisa qed isofru minn ġrieħi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Furjana.

Irriżulta li fid-09:15 tas-Sibt filgħodu fi Triq Xatt Pinto, kien hemm ħabta bejn Fiat Punto misjuqa minn mara ta’ 36 sena mill-Belt u xarabank Mercedes misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mill-Ghana u joqgħod Raħal Ġdid.

Passiġġieri fix-xarabank kien hemm mara ta’ 56 sena mill-Belt u mara ta’ 51 sena minn Birkirkara, li sofrew xi ġrieħi mal-ħabta.

Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei, fejn il-mara ta’ 51 sena ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-amara ta’ 56 sena ħfief.

Ippremjati studenti li eċċellaw fil-Junior College

Għal darb’ oħra ttellgħet l-Awards Night għall-istudenti li eċċellaw fl-istudji tagħhom fil-Junior College.

Il-Ġimgħa filgħaxija ġew ippreżentati wkoll premjijiet lil studenti li għamlu distinzjoni fl-attivitajiet li jippromwovu r-reputazzjoni tal-kulleġġ.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima enfasizza l-ħidma importanti li l-Junior College qed tagħmel biex tikkontribwixxi fl-iżvilupp taż-żgħażagħ.

Dan filwaqt li awgura lill-istudenti għas-suċċessi fl-istudji tagħhom.

Premju ta’ eċċellenza għall-PM Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ingħata l-premju ta’ eċċellenza mill-Business Forum Indjana Ewropea għar-riżultati miksuba minn pajjiżna fil-qasam ekonomiku, u bħala rikonoxximent tal-ħidma għar-relazzjonijiet u investiment bejn Malta, l-Indja, l-Ewropa u r-Renju Unit.

Dan sar waqt okkażjoni fil-House of Lords, fil-Bini tal-Parlament Ingliż f’Westminster, Londra.

Aqra aktar

Se jonqos il-livell ta’ alkoħol li tippermetti l-liġi waqt is-sewqan

Il-livell tal-alkoħol biex tkun tista’ ssuq se jonqos minn zero punt tmienja ta’ gramma kull litru għal nofs gramma kull litru.

Din hija waħda minn tlieta u għoxrin azzjoni li qed jittieħdu bħala parti mill-politika nazzjonali dwar l-alkoħol.

Politika li tnediet il-Ġimgħa filgħodu mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta Soċjali Michael Falzon.

Sabiex tnediet din il-politika, li se sservi sal-elfejn tlieta u għoxrin, saru diversi riċerki u studji sabiex tinkiseb stampa ċara fuq il-konsum tal-alkoħol f’pajjiżna.Aqra aktar

‘Id-dinja ssottovalutat serjament l-ammont ta’ sħana assorbieta mill-oċejani’ – riċerkaturi

Riċerkaturi qed jgħidu li d-dinja ssottovalutat serjament l-ammont ta’ sħana assorbieta mill-oċejani f’dawn l-aħħar 25 sena.

L-istudju tagħhom jissuġġerixxi li l-ibħra assorbew 60% iktar minn dak li kien maħsub.

Huma qed jgħidu li dan ifisser li d-Dinja hija iktar sensittiva għall-emmissjonijiet tal-fjuwils mill-fossilli minn kemm kien stmat.

Dan jaf jagħmilha iktar diffiċli biex it-tisħin globali jinżamm f’livelli sikuri dan is-seklu.

Send this to a friend