Abraham Abela | One News - Part 11

Abraham Abela

Notifiki

Merkel tgħid li fl-2019 il-Ġermanja se tkun aktar responsabbli

Fl-2019, il-Ġermanja se terfa responsabbiltà internazzjonali ikbar u se żżomm mat-twemmin tagħha. Dan wegħditu Angela Merkel waqt l-inidirizz annwali tagħha.

Il-Kanċillier qalet li opinjonijiet antiki fuq il-kooperazzjoni internazzjonali tpoġġew taħt pressjoni, u hawn kienet qed talludi għar-relazzjoni bejn pajjiżha u l-Istati Uniti.

Matul l-2018, il-President Amerikan Donald Trump beda gwerra bil-kliem fuq diversi kwistjonijiet Ġermaniżi.

Dan filwaqt li Merkel kienet fuq quddiem nett fid-difiża tal-multilateraliżmu, għal kuntrarju ta’ Trump bil-politika tiegħu ta’ America First.

Binja storika fil-Belt Valletta salvata milli tintilef

Fil-Belt Valletta, preċiżament fi Triq San Kristofru, wieħed isib binja li hija rikka b’valur storiku kbir.

Qed nirreferu għal dik li kulħadd jafha bħala l-biċċerija l-antika, li llum il-ġurnata għaddej restawr fuqha biex fi ftit xhur oħra tinfetaħ bħala Valletta Design Cluster.

Binja li fil-passat kienet f’xifer li tintilef darba għal dejjem, hekk kif kien hemm proposta li titwaqqa’ u jinbnew flokha għadd ta’ appartamenti.

One News tkellem mal-Perit Ruben Abela, li fl-1997 għamel it-teżi tiegħu fuq kif l-aħjar ikun imħares ir-rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta, bil-biċċerija l-antika tintuża bħala case-study.Aqra aktar

Send this to a friend