Abraham Abela | One News

Abraham Abela

Notifiki

Sophie l-kelba tad-Dwana ssib aktar minn €22,000 mhux iddikjarati fuq passiġġier fl-Ajruport

Il-kelba tad-Dwana Sophie sabet iktar minn tnejn u għoxrin elf ewro fi flus mhux dikjarati fuq passiġġier fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Waqt tfittxija koordinata fis-sala tat-tluq, il-kelba indikat passiġġier li seta kellu ammonti kbar ta’ flus.

Wara li saret tfittxija fuqu, instabu sittax-il elf ewro. It-tfittxija kompliet fil-hand lugagge, fejn hemmhekk instabu elf, tliet mija ħamsa u sittin ewro.Aqra aktar

Il-PM Muscat f’laqgħa mal-PM Theresa May

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa mal-Prim Ministru Ingliż Theresa May illum wara nofsinhar fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Londra.

Iż-żewġ Prim Ministri ddiskutew l-aħħar żviluppi fuq il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru kien f’Londra matul il-jum fejn iltaqa ma’ numru ta’ investituri li qed jikkunsidraw lil Malta bħala destinazzjoni għan-negozju tagħhom.

Send this to a friend