ATTENTI jekk it-tfal tagħkom għandhom din il-pupa | One News

ATTENTI jekk it-tfal tagħkom għandhom din il-pupa

L-awtoritajiet Ġermaniżi qed jappellaw lil ġenituri biex ma jħallux it-tfal tagħhom jilgħabu b’pupa li tissejjaħ Cayla għaliex it-teknoloġija installata fil-pupa jaf twassal biex tiżvela informazzjoni personali.

It-twissija ħarġet mill-Aġenzija Federali (Bundesnetzagentur) li tanalizza mil-viċin it-telekomunikazzjoni.

Riċerkaturi qalu li hackers jistgħu jużaw il-bluetooth installata f’din il-pupa biex ikellmu u jisimgħu t-tfal li jkunu qed jilgħabu b’din il-pupa. Il-manifatturi ta’ din il-pupa, Uk Toy Retailers qalu li din il-pupa mhux ta’ riskju kbir u li kien hemm biss numru ta’ każijiet fejn hackers użaw din il-bluetooth iżjda minkejja dan esperti f’dan il-qasam qalu li l-kumpanija ma għamlitx it-tibdil neċċessarju fl-apparat installat fil-pupa.

 

Ilmenti dwar din il-pupa saru mill-Istati Uniti u mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummisarju għall-Ġustizzja, konsumatur u ugwaljanza bejn il-ġeneri, Vera Jourova, stqarret mal-BBC li hija inkwetata dwar dawn il-pupi u s-sigurtá tat-tfal. Il-Kummissjoni Ewropea qed tinvestiga jekk dawn il-pupi jmorrux kontru r-regoli ta’ data protection stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss