Andrew Mangion jirrifjuta li jixhed

Andrew Mangion, is-suspettat fil-qtil tal-eks mara tiegħu, Eleanor Mangion Walker irrifjuta li jixhed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Kristyan Zekic, akkużat li ħeba l-ġisem tal-vittma.

Meta mistoqsi jekk iridx jixhed jew le, Andrew Mangion qal li kien jiddependi x’kienu l-mistoqsijiet. B’reazzjoni għal dan, il-maġistrat qallu li hu mhuwiex qiegħed hemmhekk biex jiddeċiedi għalih.

Id-difiża argumentat li l-arrest ta’ Zekic sar sitt xhur ilu iżda l-prosekuzzjoni kienet għadha qed tipprova tikkonferma l-identità tar-raġel.

Min-naħa tiegħu, il-Maġistrat Ian Farrugia wissa li x-xhieda li fadal għandhom ikunu mħarrka għas-seduta li jmiss biex wara l-evidenza tal-prosekuzzjoni ma titħalliex tippreżenta evidenza ulterjuri.

Ta’ QabelLi Jmiss