partecipazzjoni | One News

Notifiki

Lejn żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika Maltija

Waqt laqgħa fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza, il-Ministru Helena Dalli, u  Lorna Vassallo, kandidata għall-Parlament Ewropew, iddiskutew il-ħtieġa ta’ miżuri sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Parlament Malti. Dan fid-dawl tal-fatt li skont l-Interparliamentary Union, Malta ġiet fil-150 post minn iktar minn 190 pajjiż jew parlament indipendenti fid-dinja f’Ġunju 2018, bi 8 deputati eletti nisa biss minn parlament ta’ 67 fl-aħħar elezzjoni ġenerali, waqgħa ta’ 4 postijiet mill-2016.

Lorna Vassallo diġà kkontestat tliet elezzjonijiet ġenerali fuq it-tnax-il distrett u kienet proprju l-wegħda tal-PM Muscat li jintroduċi miżuri pożittivi favur in-nisa flimkien mal-programm LEAD li reġġgħuha lura għall-ħajja politika. Minkejja li qatt ma kienet fil-Parlament, l-esperjenza tagħha fil-politika u l-ħidma fuq id-distrett għallmuha ħafna.  In-nisa huma dejjem ġodda fil-politika u jridu jtellqu ma’ irġiel li ilhom fil-Parlament. Dawn għandhom ħafna aktar riżorsi, kuntatti u spazju fuq il-mezzi tax-xandir u jkun ilhom jaħdmu fuq id-distrett minn diversi elezzjonijiet qabel. Kieku nisa ġodda fil-politika jikkontestaw ma’ rġiel ġodda d-diskrepanza probabbilment ma tkunx teżisti. Dan iwassal ukoll biex 20% tas-siġġijiet biss ikunu disponibbli għal deputati ġodda fi kwalunkwe elezzjoni ġenerali.

Lorna Vassallo hija wkoll favur l-introduzzjoni ta’ sabbatical, għal nisa fil-politika i.e. li mara impjegata tibbenifika minn ħlas tal-paga sħiħa fuq ix-xogħol meta hi tapplika għal perjodu ta’ leave minħabba politika, bil-perjodu ta’ żmien li tista’ tibbenifika minnu jiddependi minn liema elezzjoni ser toħroġ għaliha. Lorna Vassallo tiġġustifika din il-konċessjoni tas-sabbatical a bażi tad-differenza bejn il-pagi bejn in-nisa u l-irġiel li hija statistikament ippruvata, il-fatt li 99%+ tan-nisa ma jgawdux l-appoġġ ta’ raġel tad-dar (househusband), kif ukoll il-fatt illi huma n-nisa li fil-fatt jispiċċaw jieħdu ħsieb lil uliedhom u d-dar minkejja l- ugwaljanza fuq il-karta. Fil-każ ta’ nisa li jaħdmu għal rashom, jew nisa tad-dar, il-ħlas għal sabbatical ikun jista’ jiġi kkalkulat fuq il-medja ta’ dħul fuq medda tal-aħħar snin riċenti jew b’referenza għall-aħħar impjieg li kellhom.

Lorna Vassallo wriet l-apprezzament tagħha wkoll lejn il-ħidma bla heda tas-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli li hija responsabbli minn din ir-riforma li qed tippromovi miżuri pożittivi għal aktar nisa fid-dinja politika. Is-Segretarju Parlamentari sostniet li bħalissa għaddejja ħidma importanti biex fil-ġimgħat li ġejjin jitressaq quddiem il-pubbliku dokument ta’ konsultazzjoni li jrid iwassal sabiex 50% tal-kandidati li jikkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali tal-2027 ikunu nisa. Il-Ministru Helena Dalli rringrazzjat lil Lorna Vassallo tal-parteċipazzjoni tagħha kemm fil-ħajja politika Maltija kif ukoll fil-ġurnali dawn l-aħħar għoxrin sena, għaliex hi wkoll isservi ta’ ispirazzjoni għal nisa oħra.

Aġġornat: Il-PM jixtieq jara aktar parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u n-nisa

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien qed jindirizza seduta parlamentari fejn iż-żgħażagħ iċċelebraw il-fatt li issa jistgħu jivvutaw hekk kif jagħlqu 16-il sena. Dan huwa avveniment li l-Prim Ministru sejjaħ bħala jum storiku meta l-kostituzzjoni ġiet emendata b’vot unanimu.

Huwa qal li dan jagħmilna kburin bħala pajjiż. Fakkar li disa’ snin ilu huwa kien kiteb artiklu jissuġġerixxi dan u beda d-dibattitu fejn illum jinsab kburi li wasalna sa hawn.

Aqra aktar

Parteċipazzjoni aktar wiesgħa għall-opri mużikali f’Għawdex

L-istaġun popolari tal-opri mużikali f’Għawdex hu fil-qrib u l-preparamenti miż-żewġ soċjetajiet li jorganizzaw dawn l-avvenimenti annwali għaddejjin fl-aqwa tagħhom.

Għal dan l-għan il-Ministeru għal Għawdex nieda għall-ewwel darba skema biex firxa wiesgħa ta’ nies tersaq aktar viċin lejn dawn l-avvenimenti ta’ kultura f’Għawdex, qalet il-Ministru Justyne Caruana waqt it-tnedija tal-‘Opera Scheme 2017’.

Aqra aktar

Malta b’sehem qawwi fl-expo ta’ Dubai

F’indirizz li għamel waqt business breakfast, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar Chris Cardona saħaq li l-parteċipazzjoni ta’ Malta fl-expo ta’ Dubai tagħti mhux biss viżibilità lil pajjiżna iżda turi l-kredenzjali ta’ Malta biex tkompli tiġbed l-investiment.

“Malta dejjem kellha relazzjonijiet tajba mal-Emirati Għarab Magħquda u issa jmiss li pajjiżna jidħol f’ambjent ekonomiku iżjed innovattiv”, saħaq il-Ministru Cardona.Aqra aktar

Iffirmat ftehim f’pass ieħor lejn rappreżentanza ugwali fil-Parlament

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern, l-Università ta’ Malta u l-Konfederazzjoni tal-Għaqdiet tan-Nisa għal proġett “Equal” li għanu l-għand li jkompli fuq il-passi li qed jieħu pajjiżna sabiex ikollu rappreżentanza ugwali fil-Parlament u l-ħajja pubblika.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi Julia Farrugia Portelli spjegat kif dan il-proġett qed jinvesti €350,000 minn fondi Ewropej sabiex permezz ta’ kampanji u diversi inizjattivi oħra jitkattar il-proċess tar-riforma li se tara eventwalment parlament maqsum ugwalment bejn in-nisa u l-irġiel.

Aqra aktar

Appell biex tiddaħħal rappreżentanza ekwa fil-politika

19-il organizzazzjoni mhux governattiva, akkademiċi u individwi ħeġġew lill-membri parlamentari Maltin sabiex jaddottaw miżuri pożittivi li jwasslu għall-parlament b’rappreżentanza ekwa bejn is-sessi.

Huma nnotaw li minkejja l-azzjoni pożittiva li ttieħdet mill-partiti ewlenin u xi suċċessi li nkisbu, għad hemm ħafna xkiel għan-nisa fil-politika u li mill-1947 lil hawn ftit sar progress.

Dan hu rifless fil-fatt li Malta tinsab ta’ qabel tal-aħħar mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ma’ dak li għandu x’jaqsam ma’ rappreżentanza feminili.

Saħqu li parlament inklussiv huwa kruċjali sabiex il-bżonnijiet, l-isfidi, l-aspirazzjonijiet u l-ideat tan-nisa jintlaħqu. M’huwiex ġustifikat li ħamsa u tmenin fil-mija tas-siġġijiet parlamentari huma okkupati mill-irġiel.

Huma qablu ma’ studju mill-Parlament Ewropew li fi kliemhom huwa rifless fir-realtà nazzjonali tagħna.

Dan l-istudju qal li miżuri pożittivi ma jiddiskriminawx imma jikkumpensaw għall-barrieri eżistenti li jwaqqfu l-mara milli tokkupa kariga politika. Dan joffri l-opportunita wkoll li partiti politiċi jibdew iħarsu lejn il-mara bħala persuna kompetenti u li għanda x’toffri.

L-istudju jgħid ukoll li l-mara hija kwalifikata daqs ir-raġel iżda dan ma jingħatax importanza f’sistema ddominata mill-irġiel.

Qal ukoll li l-esperjenza tal-mara hija bżonnjuża fil-ħajja politika u għalhekk assemblei politiċi għandhom jieħdu vantaġġ mill-kompetenza li teżisti fis-soċjetà.

Għaldaqstant huma tennew li fil-klima politika preżenti u wara dibattitu nfurmat, il-membri parlamentari għandhom jdaħħlu tibdil legali u strutturali li jtaffu jew saħansitra jneħħu l-barrieri li jiskoraġġixxu lill-mara minn parteċipazzjoni u suċċess fil-ħajja politika.

Il-Ħamis li ġej ser tittella’ t-tnax -il edizzjoni ta’ Leone Goes Pop

Nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju 2019, lejlet festa pubblika, s-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 se tkun qed ittella’ t-tnax-il edizzjoni tal-kunċert spettakolari fl-apert Leone Goes Pop fi Pjazza Indipendenza, il-Belt Victoria ta’ Għawdex.

Fit-tnax-il edizzjoni ta’ dan il-Kunċert, il-Banda Ċittadina Leone, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Colin Attard, se tkun qed toffri spettaklu kbir ta’ mużika pop popolari ta’ diversi deċenji. Dan se jkun bil-parteċipazzjoni tal-kantanti rinomati u stabbiliti Chris Grech, Amber Bondin u Mario Caruana, flimkien mal-kantanti promittenti Għawdxin Sarah Bonnici u Denise Mercieca, flimkien mal-kor residenti tas-Soċjetà Aurora Youth Choir.

Is-Soċjetà dejjem tara li fil-produzzjoniet mużikali li hija tagħmel, toffri spazzju lil żgħażagħ sabiex ikollhom pjattaforma b’saħħitha fejn jesebixxu t-talent tagħhom. Infatti, is-sena l-oħra, fost il-kantanti kien hemm Michela Pace, li ftit xhur wara rebħet l-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta u rrapreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest.

Id-dħul għal dan il-kunċert fl-apert huwa bla ħlas, fejn flimkien ma’ ‘l fuq minn elf siġġu għall-udjenza, wieħed jista jiekol fl-apert quddiem l-istabbilimenti fi Pjazza Indipendenza jew inkella fl-outside bars, filwaqt li jsegwi dan l-ispettaklu li jżewwaq l-mużika pop mill-Banda, l-kantanti u spettakli oħrajn ta’ arti performattiva u piroteknika.

Dan il-kunċert qed jittella’ bħala parti mill-programm t’attivitajiet Gozo Pops and Rocks mill-Ministeru għal Għawdex u parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Belt Victoria mill-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria.

Kampjonat Dinji Sewwieqa Professjonali bis-Serkin – Malta rrappreżentata minn Rodney Gatt

Bejn l-24 u l-31 ta’ Mejju fl-Isvezja ser ikun qed isir il-Kampjonat Dinji għal sewwieqa professjonali bis-serkin fejn Malta ser tkun irrappreżentata minn Rodney Gatt li s-sena l-oħra irnexxielu jkun l-ewwel sewwieq Malti li jikkwalifika għal din il-kompetizzjoni prestiġjuża hekk kif spiċċa fis-6 post tal-Kampjonat Ewropew għas-sewwieqa professjonali.Aqra aktar

Inpoġġu t-tfal fiċ-ċentru tal-Ewropa – Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Eurochild

Nhar is-Sibt, ser inkunu qed nivvotaw għall-Membri Parlamentari Ewropej ġodda. Tul dawn ix-xhur, il-kandidati ppreżentaw il-manifesti elettorali tagħhom. Bħala votanti għandna d-dover li nevalwaw il-proposti tagħhom, sabiex nassiguraw li nivvotaw għal dawk il-kandidati li ser jaħdmu favur Ewropa li tkun effettivament tassew ibbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet umani. Jeħtieġ li nivvotaw għal dawk il-kandidati li tassew jemmnu fid-dinjita’ umana għal kull membru tas-soċjeta’ tagħna, aħna minn aħna, ġejjin minn fejn ġejjin, iżda wkoll, b’mod speċjali, għal dawk fostna li l-aktar huma vulnerabbli, partikolarment it-tfal.

Aqra aktar

Strateġija nazzjonali għall-isport – mira ambizzjuża biex niksbu r-riżultati

Il-pajjiż għandu strateġija nazzjonali ġdida għall-isport u l-attività fiżika.

“Aiming Higher”, huwa l-messaġġ b’saħħtu għal din l-istrateġija li tixhed l-impenn tal-Gvern biex fl-isport Malta tibda tikseb suċċess mifrux fuq għadd ta’ dixxiplini.

F’Kastilja l-Prim Ministru mdawwar minn għadd ta’ sportivi Maltin li diġa għamlu isem għalihom u għal pajjiżhom nieda din l-istrateġija msejsa fuq seba’ pilastri.

Fost il-pilastri ta’ din l-istrateġija hemm l-edukazzjoni ħolistika favur l-attività fiżika, sostennibilità tal-faċilitajiet sportivi li għandha filwaqt li jkollna aktar faċilitajiet speċjalizzati f’dixxiplini sportivi differenti.

Għawdex ukoll huwa wieħed mill-pilastri ta’ din l-istrateġija hekk kif hemm pjan ċar li mhux biex jiżdiedu l-faċilitajiet sportivi fuq il-gżira tat-tliet għoljiet iżda anki tiżdied il-parteċipazzjoni sportiva f’Għawdex.Aqra aktar

Ilmnedija għall-ewwel darba l-Gozo Expo 2019 u l-Gozo Business Awards

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet il-Gozo Expo 2019 u l-Gozo Business Awards li huma żewġ inizjattivi li qed isiru għall-ewwel darba f’Għawdex fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex.

Waqt it-tnedija ta’ dawn l-attivitajiet, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li dawn iż-żewġ avvenimenti jaqgħu taħt l-istrateġija tal-Ministeru għal Għawdex, b’objettiv għal aktar żvilupp tan-negozju, espansjoni tal-kummerċ u żieda fl-investiment. Dan l-avveniment uniku huwa intiż biex jiċċelebra l-kisba tal-intraprizi Għawdxin, u jgħaqqad flimkien aktar minn 300 intraprendituri tan-negozju fil-gżira Għawdxija, minn eżekuttivi, konsulenti, start-ups, u investituri li huma meqjusa bħala innovaturi u l-mexxejja tat-trasformazzjoni tan-negozju.Aqra aktar

L-Istitut għall-Edukazzjoni jniedi t-tielet prospectus tiegħu mmirat lejn il-professjoni ta’ edukatur

L-Istitut għall-Edukazzjoni jniedi t-tielet prospectus annwali tiegħu minn meta ġie mwaqqaf fis-sena 2015. L-għan tal-Istitut huwa li jippromwovi edukazzjoni ta’ kwalità għolja u jrawwem komunitajiet ta’ tagħlim. L-Istitut jipprovdi modi varji ta’ żvilupp professjonali kontinwu li jtejjeb il-ħiliet u l-kompetenzi fl-edukaturi, kemm dawk eżistenti kif ukoll dawk prospettivi. Dan jolqot l-edukaturi fil-livelli kollha ta’ tmexxija u jnissel sens ta’ ekwità u ġustizzja soċjali.

Fost il-programmi offruti għas-sena skolastika li ġejja nsibu kwalifiċi f’livell ta’ Baċċelarat u Masters, kif ukoll korsijiet akkreditati qosra f’oqsma ġodda ta’ speċjalizzazzjoni, kif ukoll suġġetti vokazzjonali ġodda li qed jiġu, jew ser jibdew jiġu, mgħallma fl-iskejjel, fosthom l-Agribusiness, it-Engineering Technology, l-Ospitalità,u t-Tessuti u l-Moda bħala parti mill-istrateġija tal-Vjaġġ Tiegħi.Aqra aktar

Bi Ftit Kliem – Kanzunetta Ġdida mingħand Miriam Christine

Wara li kellha l-unur li tirrapreżenta ‘l Malta fil-Eurovision Song Contest, rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza, ikklasifikat mal-ewwel 3 kemm fl-Għanja tal-Poplu kif ukoll fil-Festival tal-Kanzunetta Maltija kif ukoll ħarġet 3 albums b’ħoss distint, Miriam Christine tista’ tgħid li kellha karriera mżewqa b’naqra minn kollox li ssolidifat postha bħala waħda mill-aqwa kantawturi f’Malta.

Aqra aktar

ARA: Imnedija r-riformi tal-Gvernijiet Lokali

Tnediet uffiċċjalment ir-riforma tal-Kunsilli Lokali li se twassal għal titjib f’ħidmiethom bil-għan li jersqu aktar u jaqdu aħjar il-bżonnijiet taċ-ċittadin.

Mill-bini tal-mużew Muża fil-Belt fil-preżenza ta’ numru ta’ sindki, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li din ir-riforma se twassal għal involviment akbar fil-komunitajiet madwar il-gżejjer Maltin.

Aqra aktar

Ta’ 16-il sena issa se jkunu jistgħu jikkontestaw l-elezzjoni tal-lokalitajiet tagħhom

F’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, l-Gvern nieda uffiċċjalment ir-riforma tal-Gvern Lokali li se tagħti nifs ġdid lill-Kunsilli.

Permezz ta’ din ir-riforma li kienet frott sena u nofs ta’ ħidma u konsultazzjonijiet mal-partijiet kkonċernati, l-Kunsilli, li issa bdew jissejħu Gvernijiet Lokali se jkollhom aktar awtonomija f’ħidmiethom.

Aqra aktar

Send this to a friend