40 suldat jitilfu ħajjithom b’bomba suwiċida fil-Yemen

Persuna b’bomba suwiċida qatel minn tal-inqas erbgħin suldat. Dan filwaqt li ħalla ħafna aktar persuni wkoll midruba f’każ li seħħ fin-Nofsinhar tal-Yemen.

Rapporti qalu li meta seħħ l-attakk, is-suldati kienu qed jistennew fi kju qrib bażi militari biex jirċievu s-salarji tagħhom. Il-grupp tal-Istat Islamiku refa’ r-responsabbilta’ ta’ dan l-attakk.

L-istess bażi intlaqtet minn attakk ieħor aktar kmieni din il-ġimgħa, f’attakk li ħalla tmienja u erbgħin suldat bla ħajja.

Ta’ QabelLi Jmiss