Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza tal-ewwel qorti li fiha illiberatat lil Charles Polidano minn kull akkuża dwar inċident li fih indarab tifel ta’ ħames snin meta ġie attakkat minn tigra fiż-żu li għandu f’Montekristo.
Il-każ seħħ f’Novembru ta’ ħames snin ilu fil-park tal-annimali f’Ħal Farruġ.
L-ewwel Qorti kienet illiberatu minn kull akkuża f’Lulju ta’ sentejn ilu minħabba nuqqas ta’ evidenza.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti tal-appell qalet li l-prosekuzzjoni naqset milli tipprova li Polidano kien b’xi mod responsabbli għat-tigra.