Yousef Essesi ta’ tmienja u għoxrin sena minn San Ġiljan weħel sitt xhur ħabs oħra wara li hedded uffiċjal tal-faċilita Korettiva ta’ Kordin.
Huwa qiegħed jisskonta sentenza ta’ priġunerija wara li seraq oġġetti li jiswew ħafna flus, ġojjelli u flus kontanti minn żewġt idjar fil-Gżira fl-2014 u fl-2015.
Fil-ħabs huwa kien involut f’argumenti ma priġunieri oħra. F’Jannar ilhi għaddha huwa kellu ġlieda ma priġunier ieħor.
Għaldaqstant il-Maġistrat Nadine Lia ordnat sabiex Essesi jagħmel sitt xhur ħabs oħra wara li hedded uffiċjal tal-Faċilita Korettiva ta’ Kordin.
Essesi huwa l-stess priġunier li s-sena li għaddiet fetaħ kaz kostituzzjonali kontra d-Direttur tal-ħabs għax ma taħx il-permess li jizewweġ. Fil-qorti d-direttur tal-ħabs kien qal li d-deċizzjoni tiegħu ġejja minħabba rapport ta’ psikologi dwar l-imġieba ta’ Essesi. Filwaqt li minn telefonati li jagħmel Essesi fil-ħabs lit-tfalja li jrid jizewweġ, t-tfalja tinstema tgħidlu li dejjaqha u ma tiflaħx iktar.