Il-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil marret lura mill-pjan biex tneħħi lil Adrian Delia mill-irwol kostituzzjonali tiegħu ta’ Kap tal-Oppożizzjoni minkejja li jibqa’ kap tal-Partit Nazzjonalista.
Irrapportat dan il-gazzetta The Times f’artiklu intitolat PN dual leadership plan ditched/ Il-fazzjoni Delia qed tqies l-abbandun tal-pjan mill-fazzjoni Busuttil, bħala rebħa oħra minn Delia fuq il-fazzjoni Busuttil minkejja li hija konxja li għandha partit maqsum.
Wieħed mid-deputat nazzjonalista li kien fil-grupp tal-hekk imsejħa sbatax-il eroj blu qal lil The Times li l-pjan li jkun hemm zewġ kapijiet m’għadux fuq il-karti, minħabba riskju li l-Partit Nazzjonalista jkompli jitkisser aktar.
Il-fazzjoni Busuttil bdiet tikkunsidra li tneħħi lil Adrian Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni wara laqgħa taħraq tal-grupp parlamentari Nazzjonalista li damet sa tard bil-lejl.
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien ħareġ jattakka pubblikmanet lil Adrian Delia u ppublikka ritratt b’wiċċ sbatax-il deputat nazzjonalista li qal li huma s-sbatax-il eroj blu għax huma kontra Adrian Delia.
Adrian Delia kien imġiegħel mill-fazzjoni Busuttil sabiex jikkunsidra l-pozizzjoni tiegħu bħala Kap Nazzjonalista. Iżda Delia baqa’ fit-tmun minkejja li qalulu li jekk ma kienx se jitlaq hu kienu se jniżżluh huma b’sabta.
Minkejja li Delia baqa fis-siġġu tal-poter, Robert Arrigo irrizenja minn Viċi Kap, Clyde Puli minn Segretarju Ġenerali u Kristy Debono minn President tal-Kunsill Ġenerali.
Għaldaqstant, Il-fazzjoni Busuttil bdiet tħejji pjan sabiex tneħħi lil Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni. Saħanstira d-deputati qrib l-ex kap Nazzjonalista pprovat tuża lill-President tar-Repubblika sabiex ineħħi lil Delia.
Il-fazzjoni Busuttil qatt m’aċċettat lil Delia bħala Kap Nazzjonalista. Mindu ħa t-tmexxija tal-partit f’Settembru ta’ tliet snin ilu, il-fazzjoni Busuttil qatt m’aċċetat li taħdem ma Delia għax ma temminx li huwa kredibbli biex imexxi l-Partit Nazzjonalista minħabba l-allegazzjonijiet li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni. Allegazzjonijiet li dwarhom qatt ma ried jitlob inkjesta sabiex inaddaf ismu dwarhom.