Kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Justin Borg ta’ 33 sena minn Ħal Safi li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Chantelle Chetcuti, ta’ 34 sena minn Ħal Safi, li seħħ barra l-każin tas-St. Patricks f’Ħaż- Żabbar. Huwa qed jiġi akkużat bil-qtil tal-eks sieħba tiegħu u omm iż-żewġ uliedu.
L-ewwel xhud huwa Sandro Zammit li kien jaf il-ħabib ta’ Chantelle u kien fil-każin dakinhar tal-qtil. Qal li Chantelle u Silvan Medina bdew jilgħabu l-billiard u daħal ragel ikellem lil Chantelle. Chantelle qalet lil dan ir-ragel, li hu mifhum hu l-akkużat, “ħallini ma rridx”.
Beda jixhed issa Eugenio Chetcuti, missier Chantelle. Qal li dan l-aħħar Chantelle kienet qiegħda tgħix magħhom fid-dar f’Ħal Safi. Qal li dakinhar tal-inċident ċemplet Stacey, waħda mit-tfal tagħhom u li tiġi oħt Chantelle u qaltilhom li Chantelle għalqet daqqa ta’ sikkina ġo rasha.
Hu mar jiġri Ħaż-Żabbar u fit-triq ra l-ambulanza, pulizija u l-karozza ta’ Stacey warajhom. Mar Ħaż-Żabbar u ra dak id-demm kollu. Viżibilment imbikkem qal li mix-xena li ra Ħaż-Żabbar mill-ewwel induna li bintu kienet se tmut.
“L-ikbar għafsa tiegħi kienet li mort l-isptar u nara lil binti b’sikkina ġo rasha li ħadd ma setgħa jaqlahiela.”
Missierha qal li bintu kienet tgħid lil ommha dwar is-sitwazzjoni tagħhom. Qal li kienet tgħid li Justin huwa ossessjonat, giddieb u li qalibielha.
Tlett ijiem qabel l-inċident, sema’ lil Chantelle tgħid lil ommha li kienu fil-karozza u qalli biex jiefqu. Kellhom inċident u ħadilha l-log book biex żġur jibqa’ f’ħajjitha.
Qal li kienet ċemplet Rita, omm l-akkużat, lil Chantelle ftit qabel l-inċident u qaltilha lil Justin ħu ħsiebu għax se jagħmel xi waħda. Chantelle qaltilha li m’għadhomx flimkien.
Missier Chantelle qal li xi seba’ snin qabel, Justin kien sawwat lil Chantelle u kienu spiccaw l-għassa. F’dan l-inċident kien kisser xi partijiet fid-dar u faqa’ l-bieb. Darba minnhom fl-2006 kien kisrilha xi ħaġa fil-karozza.
Imbikkem qal: “Aħna konna nħobbuħ lil dan. Kien wieħed minnha. Hu għandu l-ommu, it-tfal m’għandhomx l-ommhom issa.”
Missierha ppreżenta ittra li intbagħtet fl-2019 mill-avukati ta’ Chantelle, li qalu li r-relazzjoni ta’ bejniethom kienet tkissret.
Qal li bintu kienet tgħid li Justin ikun jaf fejn qegħda meta toħroġ għax kienet isibu ma’ wiċċha.
“Jien ridt li mmorru l-għassa u nagħmlu rapport. Kien ikun aħjar għal kulħadd, anki għalih. Imma binti ma kinitx tkun trid … naħseb li kienet tħobbu”
Qal li hemm minjaf li bintu qalgħet daqqiet serji mingħand l-akkużat.
Beda jixhed issa Johann Azzopardi li ilu jaf lil Chantelle wieħed u għoxrin sena. Dakinhar tal-qtil hi u hu filgħodu ħarġu lil klieb. Qaltlu li wara nofsinhar ħierġa. Minn Ħal Safi wasalha Ħaż-Żabbar eżatt fejn inqatlet.
“Kienet qed tkun imwerwra. Għamel ħmistax isegwiha. Kull fejn tkun hi, kien jiġi hu.” Qal l-ħabib tagħha.
Irrakonta kif ħmistax qabel ma’ mietet Chantelle qaltlu li meta kienet tgħix miegħu, ta’ daqqa ta’ sieq ġo darha. Ħalliha fil-kamra tagħha u filgħodu marret l-isptar.
Is-sena li għaddiet, kienet ċemplitlu u qaltlu biex imur għaliha Marsaxlokk. Kellhom argument ikrah u Justin gidimha.
Ftit jiem qabel mietet, hu kien ma’ Chantelle u ċemplet Rita, ommu. Qaltlu isma ara x’se tagħmlu bih lil dak ma jmurx jagħmel xi waħda.
Qal li qabel is-sajf kien qalibielha u kien ilu min tal-inqas tlett snin. Kienu ilhom minn Lulju mhux flimkien. Qal li ġimgha wara, fl-24 ta’ Jannar, blokkjalha l-entratura tad-dar.
Fil-Qorti ġie deċiż li Justin Borg jitpoġġa taħt att ta’ akkuża.