Wieħed mill-akkużati bil-ħtif tal-ajruplan tal-‘Afriqiyah Airways’ f’Diċembru 2016 f’pajjiżna, Soko Moussa, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ammetta l-akkuzi wara tlett snin u xahrejn li wettaq dan ir-reat.
Il-każ seħħ nhar it-23 ta’ Diċembru tal-2016. Flimkien miegħu kien hemm ukoll Shaha Ali Ahmed, li wkoll ammetta l-akkużi fil-konfront tiegħu f’Mejju 2019. Iż-żewġ żgħażagħ Libjani kienu tressqu l-Qorti f’jum il-Milied tal-2016.
Huma kienu ġew akkużati li b’mod gravi intimidaw popolazzjoni filwaqt li ġiegħlu Gvern jew organzizzjonijiet internazzjonali milli jwettqu xi att u gravament jiddistabilizzaw l-istrutturi fundamentali politiċi, ekonomiċi u soċjali. Ġew akkużati wkoll li kienu qed jagħmlu servizz illegali b’theddid ta’ forza u forma ta’ intimidazzjoni.
Moussa u Ahmed qed jinżammu arrestati fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin. Huma jistgħu jeħlu sa għomorhom il-ħabs.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit.