F’Kalifornja tħabbret il-mewt tal-pilota Mike Hughes. Huwa ħalla din id-dinja fl-età ta’ 64 sena wara li waqa’ bir-rokit li bena hu stess sabiex jipprova jivverifika t-twemmin tiegħu li d-dinja hi ċatta.
Hughes bena dan ir-rokit f’dar stess u ngħata l-għajnuna finanzjarja minn grupp li huwa magħruf bħala Flat Earth Society.
Fl-2018 il-midja internazzjonali kienet irrappurtat lil Hughes kien waqa’ waqt li fuq rokit ieħor wkoll kien bena hu, iżda kien irnexxielu jsalvaw minkejja li ġarrab xi ġrieħi.