Bojan Ambrus, Serb ta’ 39 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar inżamm arrestat wara li ġie akkużat li pparteċipa f’attività sesswali ma’ minuri.
Kienet waħda mill-vittmi li tkellmet mal-pulizija u wara li tkellmet hi resqu żewġ vittmi oħra għand il-pulizija. L-akkużat kellu relazzjoni ma’ tifla ta’ 15-il sena u kien jieħu xi filmati tagħha. It-tifla irrapurtat wara li ntemmet ir-relazzjoni.
Huwa ġie akkużat li pparteċipa f’attività sesswali ma’ minuri ta’ bejn it-tnax u ħmistax-il sena u li nstablu li kellu materjal indiċenti tat-tfal. Fil-mowbajl tal-akkużat instabu filmati oħra ta’ vittmi. L-ispettur John Spiteri qal li l-akkużat wettaq reati simili fil-Kanada.
Huwa ġie akkuzat ukoll li għamel ħsara volontarja fuq karozza tal-Pulizija u li kkawża ġrieħi ħfief fuq uffiċjal tal-Pulizija, waqt l-arrest tiegħu fil-Mellieħa.
L-avukat Raisa Colombo talbet għal divjett fuq l-isem.
L-ispettur John Spiteri u l-ispettur Paula Ciantar oġġezzjonaw li jkun hemm divjett fuq l-isem. Qalu li jekk jiġi ippubblikat l-isem tal-akkużat jaf ikun hemm aktar minuri li kienu vittma tal-akkużat li jitkellmu mal-ġenituri tagħhom u jitkellmu mal-pulizija.
Il-Maġistrat Charmaine Galea ordnat li jinżamm arrestat.