Il-karnival spontanju ta’ Ħal Għaxaq, li huwa fost l-eqdem f’Malta u jmur lura minn tal-inqas 130 sena, jinsab dokumentat fi ktieb.
Fl-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq tnieda l-ktieb miktub minn Twanny Agius, Għaxqi li għomru jieħu sehem u jiddokumenta t-tliet ijiem ta’ karnival ta’ raħal twelidu.
Agius irrakontalna storja umoristika fejn kważi spiċċa xellef difrejh mal-ġustizzja.
“Kif nasal il-pjazza taż-Żejtun, boom, ħabtu żewġ karozzi, wieħed irriversja fuq l-ieħor. Jien għamiltha taparsi ta’ pulizija maskarat u mrt bir-riga nkejjel fl-art u ma ngħidilkomx l-aġettivi li qlajt dak il-ħin u jieb qbadt u biex tinżel Ħal Għaxaq hemmhekk kont toħodha nofs siegħa naħseb dakinhar ħadtha f’għaxar minuti.”
Preżenti għat-tnedija tal-ktieb kien hemm il-Ministru għall-Edukzzjoni Owen Bonnici li stqarr kif permezz tal-letteratura, il-ġenerazzjonijiet futuri jitgħallmu u jiftakru t-tradizzjonijiet Maltin.