L-Awtoritajiet tas-Saħħa huma mgħarrfa li passiġġier ieħor li kien abbord il-cruise liner Ms Westerdam qiegħed jinżamm f’kwarantina minkejja li mhuwiex juri sintomi ta’ mard resipratorju.
Iż-żewġ persuni l-oħra, li kienu abbord il-cruiseliner MS Westerdam u skrinjati għall-coronavirus mal-wasla tagħhom f’Malta, għadhom jinżammu f’kwarantina minkejja li mhux qed juru l-ebda sintomi ta’ mard respiratorju. Dan wara li huma kienu niżlu l-Kambodja.