Pakistan ta’ 37 sena ammetta li pprova jabbuża sesswalment minn tifel ta’ tnax-il sena.
Il-każ seħħ jumejn ilu fi Triq Garcin fl-Imsida, fis-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħodu.
Il-Maġistrat Ian Farrugia kkundannah għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Huwa ordna sabiex l-akkużat jiġi ddepportat immedjatament.
Il-Maġistrat ħareġ ordni ta’ protezzjoni favur it-tifel.